Suġġetti għad-diskussjoni
Bħalma naħseb jaf kulħadd, nhar is-Sibt 28 ta’ Mejju li ġej il-Maltin sejrin jivvutaw f’referendum dwar jekk id-divorzju ghandux jidħol f’pajjizna jew le. Nixtiequ li fil-Forum tagħna tiktbu l-opinjoni tagħkom dwar dan is-suġġett kontroversjali imma importanti ħafna għall-futur tas-soċjeta Maltija.
Posted in
Submitted by eugeniocutajar on Thu, 07/04/2011 - 15:14
Suġġet ġdid għall-Forum huwa L-Omelija fil-Quddiesa. Nixtiequkom ħafna tikkummentaw fuq dan is-suġġett u tkunu sinċieri fil-kummenti tagħkom. L-iskop huwa li bil-kummenti tagħkom naraw nistgħux intejbu l-omelija biex <
Posted in
Submitted by eugeniocutajar on Tue, 21/07/2009 - 20:38
Nhar il-Ħadd 7 ta’ Ġunju l-parroċċa tagħna ser tiċċelebra l-Ewwel Tqarbina lil numru sabiħ ħafna ta’ subien u bniet. Din il-ġurnata għandha tkun waħda ta’ ferħ u grazzja kbira l-ewwelnett għat-tfal infushom, it-tieninett għall-famiji tagħhom u l-aħħarnett għall-parroċċa kollha. Kif ħeġġiġna l-Arċipriet fl-Avviżi, ikun tajjeb ħafna li nitolbu kemm għat-tfal li ser jieħdu lil Ġesu għall-ewwel da
Posted in
Submitted by eugeniocutajar on Sun, 31/05/2009 - 22:40
Din id-darba għażilt suġġett li huwa għal qalb ta’ ħafna Maltin, speċjalment taż-Żrieraq: Iċ-ċelebrazzjoni tal-festi. Madankollu huwa fatt li għalkemm għal xi wħud il-festi jfissru ħafna, għal oħrajn ma jimpurtahomx minnhom anzi jdejquhom. Nistedinkom għalhekk biex tagħtu l-opinjoni tagħkom bl-aktar mod miftuħ.Posted in
Submitted by eugeniocutajar on Tue, 05/05/2009 - 21:07
L-ewwelnett nixtieq ngħid grazzi u prosit lil dawk li għoġobhom jieħdu sehem fil-forum billi taw l-opinjoni u s-suġġeriment tagħhom. Niżgurakom li l-mexxeja pastorali tal-paroċċa tagħna ser jaqraw dak kollu li jidher fil-website tagħna u anki ‘l quddiem iwieġbu għal dak kollu li ktibtu. Niżgurakom ukoll li kull suġġeriment huwa apprezzat ħafna. Dan huwa dak li jżomm din il-website ħajja u friska.
Issa nixtieq li npoġġi quddiemkom suġġett ieħor biex fuqu tkunu tistgħu tagħtu l-opinjoni tagħkom.
Posted in
Submitted by eugeniocutajar on Mon, 20/04/2009 - 21:36
Nilqgħukom għall-Forum fejn kull gimgħa ser inressqu quddiemkom suġġett li fuqu intom tkunu tistgħu tiktbu l-kummenti tagħkom. Nixtiequkom biex ma tibqgħux lura, anzi biex dan il-Forum jilħaq l-iskop tiegħu, huwa essenzjali li intom ma tibqgħux lura milli turu l-opinjoni tagħkom. Nistennew l-opinjoni minn kulħadd: Żrieraq, nies minn barra mir-raħal tagħna, persuni barranin, insomma mingħand kulħadd. Tistgħu tiktbu kemm bil-Malti kif ukoll b'kull lingwa li tridu. Minn issa nirringrazzjawkom tal-kummenti tagħkom.
Posted in
Submitted by eugeniocutajar on Thu, 09/04/2009 - 09:22
L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 2 days ago
36 weeks 3 days ago
37 weeks 6 days ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago