Infakkru li (għada) illum se ssir l-Ordinazzjoni tad-Djakonat u fost id-djakni ġodda se jkun hemm David Torpiano li bħalissa qed jagħmel esperjenza pastorali fostna. Nitolbu ħafna għal David u għal sħabu ħalli l-Mulej iqaddishom u jsaħħahom fis-sejħa tiegħu. Il-ħin tal-Ordinazzjoni huwa fis-6.00 p.m. fil-Katidral tal-Imdina.
Għada it-Tnejn se ssir l-aħħar laqgħa għall-ġenituri tal-adoloxxenti li se jagħmlu l-Griżma din is-sena. IL-laqgħat ikunu bħas-soltu fiċ-ċentru Pastorali fid-9.00 .m. u fis-7.15 p.m.
Nhar l-Erbgħa fis-7.00 p.m. se ssir it-tielet mini assembly din id-darba fiż-żona tal-Bebbux. Din l-assemblea se ssir f’garaxx (il-garaxx ta’ Twannie u Marthese Saliba) li qiegħed fi Triq Napuljum kantuniera ma’ Triq l-Imqabba. Infakkru li l-iskop ta’ dawn l-assembej huwa biex nisimgħu mingħandkom suġġerimenti konkreti għall-ħidma fil-parroċċa kif ukoll biex nippreparaw għall-Assemblea Parrokkjali.
Nhar il-Ħamis il-Grupp tal-anzjani se jorganizza laqgħa oħra għall-anzjani fid-9.00 a.m. fl-Oratorju tal-knisja. Se titkellemm Mrs Sharon Cutajar, occupational therapist. Iktar anzjani huma mistiedna għal dawn il-laqgħat apposta għalihom.
Nhar il-Ħadd li ġej huwa Jum il-Missjoni. Aħna l-Maltin għandna mħabba kbira għall-missjoni. Għalhekk nhar il-Ħadd b’mod speċjali għandna nitolbu, nagħmlu sagrifiċċji u ngħinu b’ġeneruż fl-offerti tagħna għall-Missjoni. Il-ġbir kollu li se jsir fil-quddies se jmur kollu għall-Missjoni. Infakkru li l-envelope tal-missjoni għandu jingħata lil dawk li jqassmu l-magażina FLIMKIEN jew iġibuh il-knisja.
Nhar il-Ħadd li ġej is-Soċjeta tal-MUSEUM se torganiżża nofs ta’ nhar għall-familja l-Blata l-Bajda fid-9.30 a.m. It-transport jitlaq mill-venda fit-8.30 a.m u dawk li jixtiequ jattendu għandhom ikellmu lis-soċja Carmen Mifsud.
Dawk it-tfal subien li għamlu l-ewwel Tqarbina u jixtiequ jidħlu fil-grupp tal-abbatini tal-parroċċa jistgħu ikellmu lil Fr Glen.
Infakkru li l-Kappella ta’ San Ġakbu ikun hemm kuljum Ġesu Sagramentat Espost mit-8.00 a.m. sat-8.00 p.m. Inħeġġu biex kull min jista, jgħaddi biex jitkellem ftit mal-Mulej speċjalment bejn nofs inhar u l-4.00 p.m.
Nerġgħu infakkru lill-imseħħbin fil-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu fil-pellegrinaġġ ta’ Santa Venera għada (illum). Il-private titlaq mill-venda fl-4.30 p.m.
Nitolbu għal ħuna Ninu D’amato li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtih...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
49 weeks 5 days ago
52 weeks 1 hour ago
1 year 1 week ago
1 year 29 weeks ago
1 year 29 weeks ago
1 year 36 weeks ago
1 year 36 weeks ago
1 year 36 weeks ago
1 year 38 weeks ago
2 years 15 weeks ago