4 u 5 ta’ Settembru 2010
Filwaqt li nkomplu biċ-ċelebrazzjoni solenni tal-festa titulari ta’ S. Katarina V.M. infakkru li għada jkollna quddies filgħodu fis-6.00, fis-7.00 u fit-8.15. Fid-9.30 a.m. quddiesa solenni bil-paniġierku. Ikollna quddiesa oħra f’11.45 a.m. u quddiesa oħra fil-5.00 p.m. Fis-6.00 p.m. għasar solenni u purċissjoni bl-istatwa ta’ Santa Katarina V.M.
Din il-ġimgħa t-tqarbin tal-Morda se jsir nhar it-Tlieta u jkun fiż-żona tal-Bajjada.
Nhar l-Erbgħa niċċelebraw il-festa tat-twelid tal-Verġni Marija, il-Vitorja. Għalkemm m’hemmx obbligu tal-quddies, jixraq li nqaddsu dan il-jum bil-quddiesa. Il-quddies ikun bħal dak ta’ fost il-ġimgħa.
Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul Awwissu li huma: Katarina Attard, Pietru Muscat, Ċensa Camilleri, Gużeppi Galea, Willie Cassar, Katarina Camilleri, Pawlu Cachia, Gużeppa Zammit, M’Carmela Abdilla, Ċensu D’Amato, Georgia Schembri, Salvu Bugeja u Andrew Faenza. Il-familjari huma mistiedna għal din il-quddiesa li tkun fis-6.30 p.m.
Nhar il-Ħamis ukoll se ssir laqgħa għar-romol ta’ taħt is-60 sena. Il-laqgħa tkun fis-7.00 p.m. fid-Dar tal-Arċipriet. Inħeġġu biex iktar romol jattendu għal dawn il-laqgħat ta’ formazzjoni u diskussjoni.
Nhar is-Sibt li ġej se ssir l-adorazzjoni għall-qdusija tal-Kleru u talb għall-vokazzjonijiet fil-knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Karmnu l-Gżira. L-adorazzjoni tibda fl-9.45 p.m. bil-quddiesa.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa : Salvu Bugeja u Andrew Faenza. Agħtihom...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 4 days ago
38 weeks 2 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago