28 u 29 t’Awwissu 2010
Illum qed nagħtu bidu għall-festi solenni f’ġieħ S. Katarina V.M. patruna tal-parroċċa tagħna. Fil-5.30 p.m. jitkanta l-għasar, fis-6.00 p.m. quddiesa bis-sehem tal-kor parrokkjali u fis-7.00 p.m. isir il-ħruġ solenni ta’ l-istatwa ta’ S. Katarina li titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna.
Għada it-Tnejn nistiednu lit-tfal kollha tal-parroċċa għall-quddiesa speċjali tal-festa. Matul il-quddiesa se ssir mima fuq il-qari tal-Vanġelu mit-tfal u diskussjoni fuq il-ħajja ta’ Santa Katarina. Bħas-soltu inħeġġu lit-tfal ħalli jagħmlu offerta mill-flus tagħhom stess biex dawn jingħataw lid-Dar tal-Providenza.
Nhar it-Tlieta għall-quddiesa ta’ filgħaxija se jkunu mistiedna speċjali dawk kollha li jaħdmu għall-festa. Fl-aħħar tal-quddiesa jingħata l-inkarigu lir-reffiegħa ta’ l-istatwa ta’ Santa Katarina.
Nhar l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa huma jiem tat-Tridu. Fis-6.00 p.m. jitkanta l-għasar, fis-6.30 quddiesa bil-priedka tat-Tridu minn Mons Pawlu Vella. Wara l-quddiesa issir il-kurunella, innu, antifona u Barka Sagramentali. Navzaw li matul il-ġranet tat-Tridu ikollna saċerdot barrani għall-qrar mill-5.00 p.m. il-quddiem.
Nhar il-Ħamis nistiednu lill-morda, anzjani u dawk kollha li jduru bihom għall-quddiesa speċjali għalihom fid-9.30 a.m. Iqaddes P. Djonisju Mintoff. Nerġgħu infakkru lil dawk l-anzjani li huma rekoverati fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule biex javżaw lill-istaff, li jixtiequ jiġu għal din il-quddiesa.
Il-Ħamis il-quddiesa tat-Tridu se tkun immexxija mill-E.T. Mons Angelus Kujur li huwa l-Isqof tad-Djoċesi ta’ Purnea fl-Indja
Nhar il-Ġimgħa l-quddiesa ta’ Bubaqra tkun fis-7.30 a.m. minflok filgħaxija.
Nhar is-Sibt fit-8.00 a.m. quddiesa kantata bil-vuċijiet, Innu, Antifona u Te Deum. Iqaddes l-W.R. Kan Onor Dun Karm Busuttil. Navżaw li nhar is-Sibt ikollna saċerdoti barranin għall-qrar bejn id-9.00 u l-11.00 a.m. u bejn l-4.00 u s-6.30 p.m. Infakkru li ma nistgħux niċċelebraw festa vera jekk ma nersqux għall-qrar u l-Ewkaristija. Nhar is-Sibt fis-5.45 p.m. issir it-Translazzjoni Solenni immexxija l-W.R. Mons Dun Edgar Attard li jmexxi wkoll l-Għasar Solenni u ċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika. Immedjatament wara, quddiesa konċelebrata solenni bl-omelija mill-Arċipriet flimkien mas-saċerdoti tal-Parroċċa.
Il-Ħadd, Jum il-Festa,fis-6.00 u fis-7.00 a.m.ikollna quddies lett, fit-7.45 a.m. tifħir ta’ Sbiħ-il Jum u fit-8.15 a.m. quddiesa bl-omelija. Fid-9.30 a.m. quddiesa pontifikali solenni tal-festa immexxija mill-W.R. Mons Dun Vinċenz Deguara, Direttur Spiritiwali tas-Seminarju. Wara l-qari tal-Venġelu jinseġ il-Paniġeirku lil Santa Katarina l-W.R. Patri Martin Mamo. Ikollna quddies lett f’11.45 a.m. u fil-5.00 p.m. Fis-6.00p.m. Għasar solenni u purċissjoni bl-Istatwa ta’ Santa Katarina immexxija mill-W.R. Mons Alex Cordina, Viċi Rettur tas-Seminarju. Mad-dħul tal-purċissjoni tingħad il-Litanija lil Santa Katarina, Antifona u Celebrazzjoni Ewkaristika.
Infakkru li matul il-granet tal-Festa nagħmlu l-proġett, BUKKETT TA’ MĦABBA. Fil-knisja se jkollna diversi voluntieri li jkunu ħdejn l-istatwa ta’ Santa Katarina biex jilqgħu id-donazzjonijiet tagħkom ħalli jsir dan il-bukkett li ma jinxifx u noffruh lid-Dar tal-Providenza. Għalhekk filwaqt li nifirħu matul dawn il-ġranet, naħsbu u nferrħu lil ħutna li qegħdin fid-Dar tal-Providenza li hi id-Dar ta’ kulħadd.
Dawn l-aħħar snin daħlet id-drawwa xejn sabieħa li nhar il-festa waqt il-purċissjoni jinħarġu s-siġġijiet tal-knisja fuq iz-zuntier biex dak li jkun ikun komdu. Dan l-aġir assolutament mhux aċċettabbli. Nisperaw li din is-sema ma jsirux dawn l-affarijiet.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: M’Carmela Abdilla, Censu D’
Amato u Georgia Schembri. Agħtihom...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 4 days ago
38 weeks 4 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago