21 u 22 t'Awwissu 2010 - il- 21 Ħadd matul is-sena C

21 u 22 t’Awwissu 2010

 

Infakkru li llum (għada) qed issir il-festa ta’ Santa Marija fil-kappella tagħha f’Bubaqra. Fis-7.00 p.m. issir quddiesa kantata bis-sehem tal-kor parrokkjali.

Bħala parti mill-attivitjiet tal-Kummissjoni Kateketika għat-tfal tal-parroċċa, nhar l-Erbgħa se jsir Sports Festival għat-tfal kollha tal-parroċċa. Din l-attivita’ se ssir fil-ground tal-football f’Tal Bebbux u tibda fil-5.30 p.m. Il-ġenituri għandhom iwasslu huma stess lit-tfal għal din l-attivita’. Inħeġġu li t-tfal jattendu jieħdu sehem.

Il-Kummissjoni Kateketika wkoll se torganiżża laqgħa u diskussjoni għat-tfal kollha  tal-parroċċa. Is-suġġett se jkun: L-Ambjent huwa rigal t’Alla, nieħdu ħsiebu. Se titkellem is-soċja tal-MUSEUM  Moira Tonna. Din il-laqgħa se ssir fiċ-ċentru Pastorali fil-5.30 p.m. Inħeġġu lill-ġenituri ħalli jħajru lil uliedhom jattendu għal din it-taħdita.

Nhar il-Ġimgħa se ssir siegħa adorazzjoni fil-kappella ta’ San Ġakbu. Din l-adorazzjoni se tkun immexxija mill-Azzjoni Kattolika, il-Grupp Mixja ta’ Fidi u t-Terzjarji Karmelitani. L-adorazzjoni tibda fis-7.00 p.m.

Nhar il-Ħadd li ġej nagħtu bidu solenni għall-festa titulari ta’ Santa Katarina. Fil-5.30 p.m. għasar kantat, fis-6.00 p.m. quddiesa bl-omelija, fis-7.00 p.m. diskors mill-Arċipriet, kurunella ta’ Santa Katarina u ħruġ solenni ta’ l-istatwa ta’ Santa Katarina li titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna. Matul il-ħruġ issir ġabra speċjali għall-festa ta’ ġewwa ta’ S. Katarina.

Bħalissa qed isir it-tqassim tal-programm tal-festa lill-familji kollha tal-parroċċa. Mal-programm hemm l-envelope li fih tistgħu tpoġġu l-offerti tagħkom għall-festa. Inħeġġu ħalli nkuni ġenerużi fl-offerti tagħna. Kulħadd jaf kemm l-ispejjes tal-festa qed jogħlew minn sena għal oħra.

Bħalissa qed jiġi ppreparat id-Djarju parrokkjali għall-2011. Dawk li jixtiequ li jiddedikaw paġna ta’ suffraġju fid-djarju għandhom jagħmlu dan mill-iktar fis fl-Uffiċċju Parrokkjali. Kull paġna tiswa €17.

Bħalissa waslu biex jitnaddfu diversi oqbra tal-komun fiċ-ċimiterju tal-parroċċa. In-numri ta’ l-oqbra li se jitnaddfu jinsabu man-notice boards tal-knisja.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Willie Cassar, Katarina Camilleri u Guża Zammit. Agħtihom...

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)