7 u 8 t’Awwissu 2010
Nerġgħu infakkru fil-quddiesa li qed issir kuljum għat-tfal animata u organiżżata mit-tfal stess tal-parroċċa. Il-quddiesa tkun fit-8.00 a.m. Inħeġġu iktar tfal jattendu għal din il-quddiesa, speċjalment it-tfal li qed imorru s-summer school. Infakkru wkoll lill-ġenituri li t-tfal ma jkunux jistgħu jiġu għal din il-quddiesa jekk ma jġibuhomx huma.
Dawk il-fratelli fil-fratellanza tas-Sagrament li jixtiequ jerfgħu jew ikunu forċina fil-vara ta’ Santa Katarina fil-festa ta’ din is-sena, għandhom jieħdu formola mill-uffiċċju parrokkjali. Din il-formola mimlija, għandha tinġieb lura fl-uffiċċju parrokkjali sa nhar l-Erbgħa 18 t’Awwissu.
Nerġgħu infakkru li l-albural għall-festa ta’ġewwa ta’ Santa Katarina huwa miftuħ u għalhekk kulħadd huwa mistieden biex jagħmel l-offerta tiegħu fl-uffiċċju parrokkjali jew jagħti l-offerta tiegħu wara din il-quddiesa fis-sagristija. Ma’ kull offerta tingħata irċevuta u tifkira żgħira.
Nitolbu għal oħtna Catherine Attard li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtiha...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 5 days ago
38 weeks 21 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 21 weeks ago
1 year 21 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 4 days ago