31 ta' Lulju - 1 t'Awwissu 2010 - it-18-il Ħadd sena C

31 ta’ Lulju/ 1 ta’Awwissu  2010

 

Għada it-Tnejn se ssir laqgħa oħra tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Il-laqgħa tkun fis-7.00 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali. Huwa ferm importanti li l-membri jkunu preżenti fil-ħin.

Navżaw li minn għada it-Tnejn se jiftaħ l-albural għall-festa ta’ ġewwa ta’ Santa Katarina. Inħeġġu lil kulħadd ħalli jagħmel l-offerta ġeneruża tiegħu għall-festa. Ikoll nafu kemm l-ispejjeż tal-festa huma kbar u għalhekk inħeġġu għall-ġenerosita’ ta’ kulħadd. Ma’ kull offerta li ssir, tingħata irċevuta u tifkira ċkejkna bħala apprezzament.

Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa ta’ talb fil-knisja ta’ Bubaqra. Il-laqgħa tkun fis-7.15 p.m. u kulħadd huwa mistieden.

Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar ta’ Lulju li huma : Salvina Xuereb, Rosario Schembri, Joseph Debono, Emmanuel Cauchi, Annie Bason, Emmanuel D’Amato u Tereza Cachia. Il-familjari huma mistiedna għal din il-quddiesa.

Nhar il-Ġimgħa fil-MUSEUM  tal-bniet se ssir ġurnata Ewkaristika. Ġesu Sagramentat ikun espost għall-adorazzjoni tagħna minn wara l-quddiesa tat-8.00 a.m. sa wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Din l-adorazzjoni tagħlaq bil-barka sagramentali. Inħeġġu lil kulħadd speċjalment il-familji li joqgħodu qrib il-MUSEUM tal-bniet ħalli jsibu ftit ħin biex jaduraw lil Kristu fl-Ewkaristija.

F’Ottubru li ġej se jsir kors ieħor ta’ tħejjija għaż-żwieġ għall-għarajjes fil-parroċċa tagħna. Dan il-kors jibda nhar il-Ġimgħa 8 t’Ottubru fiċ-Ċentru Pastorali. Dawk il-koppji għarajjes li jixtiequ jattendu għal dan il-kors għandhom jiġu personalment fl-uffiċċju parrokkjali ħalli jimlew formola apposta.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa f’pajjiżna informawna li  m’għadx hawn aktar każi tal-virus A-H1N1 f’pajjiżna u ftit huma l-każijiet bħal dawn fl-Ewropa. Għalhekk, minn issa ‘l quddiem u  għal min irid it-tqarbin jista’ jsir ukoll fuq l-ilsien.


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)