Filwaqt li nkomplu bil-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-parroċċa tagħna, infakkru l-ħin tal-quddies fil-parroċċa. Fin-Nigret u Bubaqra l-ħin tal-quddiesa jibqa’ bħas-soltu. Fil-knisja parrokkjali il-ħin tal-quddies ikun fis-6.00, fis-7.00 u fit-8.00 a.m. u fid-9.00 quddiesa solenni bil-paniġierku. Fil-11.15 a.m. u fil-5.00 p.m. quddies bl-omelija fuq il-Madonna tal-Karmnu. Fis-6.00 p.m. Għasar solenni u fis-7.00 tibda l-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu immexxija mill-W.R. Kan Onor. Dun Karm Busuttil. Fl-10.00 p.m. tidħol il-purċissjoni u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Nhar it-Tlieta se ssir l-ewwel laqgħa tal-Grupp tar-romol li għandhom il fuq minn 60 sena. Din il-laqgħa tkun fiċ-Ċentru Pastorali fil-5.00 p.m. Inħeġġu lir-romol ħalli jattendu għal dawn il-laqgħat li jgħinuhom biex ikun hemm iktar support bejniethom.
Nerġħu infakkru lit-tfal kollha tal-parroċċa li kuljum il-quddiesa tat-8.00 a.m. qed tkun organiżżata apposta għalihom. Nagħmlu sejħa speċjali lill-ġenituri biex iwassllu lil uliedhom għall-quddiesa kuljum.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa : Emanuel D’Amato u Tereża Cachia. Agħtihom...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 4 days ago
38 weeks 3 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago