17 u 18 ta' Lulju 2010 - is-16-il Ħadd matul is-sena C

17 u 18 ta’ Lulju 2010

Illum nagħtu bidu għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-parroċċa billi f’nofsinhar isir il-ħruġ solenni ta’ l-istatwa tal-Madonna li titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna.  Isir diskors qasir mill-Arċipriet, tingħad il-kurunella, Antifona, u innu popolari.

Matul il-ġimgħa jkompli l-programm tal-festi ta’ ġewwa tal-Madonna tal-Karmnu. Għada it-Tnejn il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun animata mit-tfal tal-parroċċa.

It-Tlieta: Jum il-Fratellanza u fiha ssir il-professjoni ta’ fratelli ġodda kif ukoll it-tiġdid komunitarju  tal-Wgħedi tal-professjoni tal-membri li diġa huma msieħba fil-fratellanza.

L-Erbgħa Jum it-Tfal u fil-quddiesa ta’ filgħaxija issir il-prezentazzjoni tat-tfal lill-Madonna u wara l-quddiesa tingħata il-Barka Sagramentali. Tingħata tifkira lill-ġenituri tat-tfal li jieħdu sehem fil-funzjoni.

Il-Ħamis, l-ewwel Jum tat-Tridu iddedikat b’mod speċjali għall-vokazzjonjiet saċerdotali u reliġjużi. Fis-6.00 p.m. jitkanta l-Għasar u fis-6.30 p.m. quddiesa bil-priedka tat-Tridu minn P.Nathaniel Theuma OFM.Cap. Wara l-quddiesa funzjoni Marjana  fuq  l-artal tal-Madonna tal-Karmnu li fiha tingħad il-kurunella, Innu, antifona u translazzjoni tar-relikwija għall-artal maġġur u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Ġimgħa fid-9.30 a.m. quddiesa għall-morda u anzjani Żrieraq. Imexxi din il-quddiesa P. Djonisju Mintoff. Filgħaxija kollox bħall-jum ta’ qabel. Navżaw li l-Ħamis u l-Ġimgħa se jkollna saċerdot barrani għall-qrar mill-5.00 p.m. il quddiem. Navżaw ukoll li nhar il-Ġimgħa l-quddiesa ta’ Bubaqra tkun fis-7.30 a.m.

Is-Sibt ikollna saċerdoti barranin għall-qrar filgħodu filgħaxija. Fis-6.00 p.m. Għasar solenni bil-vuċijiet u l-kor u fis-6.30 p.m. quddiesa konċelebrata solenni. Wara l-quddiesa issir iċ-ċelebrazzjoni fuq l-artal tal-Madonna tal-Karmnu, issir it-translazzjoni tar-relikwija u tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħadd Jum il-Festa. Il-ħin tal-quddies ikun fis-6.00, 7.00 u 8.00 u fid-9.00 quddiesa konċelebrata solenni immexxija mill-W.R. Kan. Onor. Dun Karm Busuttil. Wara l-Vanġelu il-W.R. Kan. Dun Giovanni Cremona  jinseġ paniġerku dwar il-kobor ta’ Marija. Fil-11.15 a.m. u fil-5.00 p.m. isir quddies  bl-omelija fuq il-Madonna. Fis-6.00 p.m. għasar solenni tal-festa immexxi mill-W.R. Kan. Onor Dun Karm Busuttil u fis-7.00 p.m. tibda l-purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu. Fl-10.00 p.m. tidhol il-purċissjoni u ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Għadma pjaċir inħabbru li twaqqfet il-Kummissjoni Tfal tal-parroċċa. Il-kummissjoni li hi magħmula minn Zachary Belkheir, Liam Caruana, Nigel Caruana, Mattheus Sciberras, Rebecca Cachia, Mariah Grixti, Carley Chetcuti u Anthea Chetcuti. Saret l-ewwel laqgħa ta’ din il-kummissjoni li se tkun imexxija minn dawn it-tfal stess bil-għajnuna ta’ Fr Glen. Inħeġġu ħafna lit-tfal ħalli jipparteċipaw fil-ħidma tal-kummissjoni.

Nitolbu għal oħtna Annie Bason li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtiha...


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)