10 u 11 ta’ Lulju 2010
Minn għada it-Tnejn se terġa tibda l-quddiesa għat-tfal fit-8.00 a.m. Kuljum il-quddiesa se tkun animata mit-tfal stess u għalhekk inħeġġu lit-tfal ħalli jattendu għal din il-quddiesa. Fuq kollox nitolbu ħafna l-kooperazzjoni tal-ġenituri biex idarru lil uliedhom jattendu għall-quddiesa għall-inqas fil-vaganzi tas-Sajf. Minħabba din il-quddiesa, meta jinzerta funeral filgħodu, il-funeral isir fid-9.00 a.m. Imma nagħmluha ċara, li dan se jkun biss sa l-aħħar t’Awissu meta tieqaf il-quddiesa tat-tfal. Din il-bidla qegħda ssir biex inħeġġu ħafna lit-tfal jattendu għal quddiesa kuljum.
Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa oħra tal-Grupp Familji Bubaqra. Il-laqgħa tkun fis-7.30 p.m. u se tmexxi it-tabiba Maria Sciberras bis-suġġett: Dieti varji.
Nhar il-Ġimgħa hija l-festa liturġika tal-Madonna tal-Karmnu. Għalhekk fit-8.00 a.m. issir quddiesa kantata u tingħad il-kurunella.
Nhar il-Ħadd li ġej nagħtu bidu għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-parroċċa tagħna. F’nofsinhar l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tinħareġ mill-Oratorju u titqiegħed fil-knisja għall-qima tagħna. Isir diskors qasir mill-Arċipriet, tingħad il-kurunella, innu, antifona.
Il-ġabra li saret għall-Papa laħqet l-ammont ta’ €960. Infakkru li din il-ġabra il-Q.T. il-Papa jużaha biex jgħin knejjes foqra fl-artijiet tal-Missjoni.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Rosario Schembri, Gużeppi Debono u Emmanuel Cauchi. Agħtihom...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 4 days ago
38 weeks 3 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago