3 u 4 ta’ Lulju 2010
Illum u għada l-Ħadd il-grupp ta’ l-abbatini qed jorganiżża ‘open weekend’ fl-oratorju tal-knisja. Tkun ħaġa tajba li naraw dak kollu li jwettqu l-abbatini matul is-sena. Barra minnhekk qed jiġi organiżżat bazaar li fih pjanti, kotba u kejkijiet maħduma mill-abbatini stess. Nieħdu din l-okkazjoni biex nistiednu tfal subien li għamlu l-Ewwel Tqarbina u jixtiequ jingħaqdu mal-grupp tal-abbatini tal-parroċċa għandhom ikellmu lil Fr Glen jew jinkitbu waqt dan l-open weekend fl-oratorju.
Għada (illum) il-Ħadd jaħbat it-tieni anniversarju mill-Ordinazzjoni saċerdotali ta’ Fr Glen. Għalhekk il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun konċelebrata, u ma’ Fr Glen se jqaddsu wkoll uħud minn sħabu. Inħeġġu ħalli ningħaqdu magħhom f’din il-quddiesa u nitolbu għalihom ħalli l-Mulej ikabbarhom fl-għaqda tagħhom miegħu.
Nerġgħu infakkru li llum il-parroċċa tagħna qed tkun mistiedna biex nagħtu d-demm. Dawk li jixtiequ jagħtu d-demm għandhom imorru d-dar tal-Arċipriet bejn it-8.30 a.m. u 12.30 p.m. Ejjew nilqgħu din l-istedina u nagħtu dan ir-rigal hekk importanti li kapaċi jsalva ħajja.
Għada it-Tnejn se ssir laqgħa oħra tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Il-laqgħa tkun fiċ-Ċentru Pastorali fis-7.00 p.m. Il-membri għandhom ikunu preżenti u fil-ħin.
Nhar l-Erbgħa se ssir il-professjoni u l-vestizzjoni tat-Terzjarji Karmelitani. Din se ssir fil-quddiesa ta’ filgħaxija. Se jmexxi din il-quddiesa Fr Herman Duncan.
Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa importanti ħafna tal-grupp tar-romol. Il-laqgħa se ssir fid-Dar tal-Arċipriet fis-7.00 p.m. u se tmexxi din il-laqgħa Ms Bernardette Briffa.
Il-venture unit tal-grupp tal-iscouts taż-Żurrieq se jorganiżżaw bbq għal dawk li kienu fl-iscouts. Dan se jsir nhar is- 7 t’Awwissu fis-7.30 p.m. fiċ-ċentru tal-iscouts. Iktar dettalji jinsabu man-notice board tal-knisja.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Nazju Calleja u Salvina Xuereb.

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 5 days ago
38 weeks 21 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 21 weeks ago
1 year 21 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 4 days ago