Għada it-Tnejn se ssir laqgħa oħra għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Griżma din is-sena. Infakkru li hu fid-dmir tal-ġenituri li jattendu għal dawn il-laqgħat li jkunu fiċ-Ċentru Pastorali fid-9.00 a.m. u fis-7.15 p.m. Il-laqgħat ta’ għada se jmexxihom Fr Glen.
Nerġgħu infakkru li nhar il-Ħadd li ġej se jkollna fostna l-mobile unit għal dawk li jixtiequ jagħtu d-demm. Għalhekk ħdejn il-bibien tal-knisja parrokkjali hemm voluntieri li lesti li jieħdu l-appuntamenti tagħkom. Nirringrazzjaw bil-qalb lil dawk li jħossu li għandhom jagħtu dan ir-rigal prezzjuż.
Minn għada (illum) il-Ħadd membri tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu se jibdew jagħmlu l-ġabra mill-familji tal-parroċċa għall-festa ta’ ġewwa tal-Madonna tal-Karmnu. Inħeġġukom tkunu ġenerużi bħas-soltu.
Nhar l-Erbgħa se ssir l-aħħar laqgħa ta’ formazzjoni għall-miżżewġin tal-parroċċa orgganizzati mill-Kummissjoni Parrokkjali Familja. Din il-laqgħa se tkun nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ġunju fil-MUSEUM tal-bniet fis-7.30 p.m. Is-suġġett tad-diskussjoni se jkun ‘Ir-relazzjoni tal-ġenituri ma’ wliedhom adoloxxenti’. Il-miżżewġin kollha huma mistiedna biex jattendu.
Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul ix-xahar ta’ Ġunju li huma : Gużeppi Galea u Franġiska Balzan. Il-familjari huma mistiedna biex jattendu għall-quddiesa li tkun fis-6.30 p.m.
Nhar il-Ġimgħa fis-7.30 p.m. se ssir siegħa adorazzjoni fil-kappella ta’ San Ġakbu. L-adorazzjoni se tkun organiżżata mit-Terzjarji Karmelitani.
Nhar is-Sibt il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun animata mill-abbatini tal-parroċċa u dan fl-okkazjoni ta’ ‘open weekend’ li qed jorganiżzaw l-abbatini.
Is-superjur tal-MUSEUM jixtieq javża li t-tagħlim tal-katekiżmu u l-attivitajiet tal-MUSEUM tas-subien se jibqgħu għaddejjina anki matul ix-xhur tas-Sajf. It-tfal minn Yr 1 sa Yr 4 se jkollhom tagħlim nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħamis fis-6.00 p.m. filwaqt li minn Yr 5 ‘il fuq se jkollhom MUSEUM kuljum fis-7.00 p.m. minbarra nhar t’Erbgħa.
Nitolbu għal oħtna Franġiska Balzan li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtiha...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 4 days ago
38 weeks 2 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago