19 u 20 ta' Ġunju 2010 - it-12-il Ħadd matul is-sena C

19 u 20 ta’ Ġunju 2010

Minn għada it-Tnejn 21 sa nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ġunju membri tal-Leġjun ta’ Marija se jagħmlu ġimgħa ta’ Apostolat billi jżuru familji mill-parroċċa tagħna li joqgħodu fiż-żona ta’ Bubaqra. L-iskop ta’ dawn iż-żjajjar huwa biex jgħinu lill-familji biex jgħixu b’impenn il-fidi nisranija tagħhom.

Nhar l-Erbgħa il-Grupp tal-anzjani tal-parroċċa se jorganiżża ħarġa għal Kunvent ta’ Sant Agata fir-Rabat fejn se ssir taħdita fuq il-Qaddej t’Alla Mons. Gużeppi de Piro fundatur tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl. Se jiġi organiżżat transport li jitlaq minn ħdejn l-iskola fit-8.30 a.m.

Nhar l-Erbgħa se ssir l-Ordinazzjoni Saċerdotali u Ordinazzjoni ta’ djakni fil-Katidral ta’ l-Imdina. Din għandha tkun okkazjoni ta’ ferħ kbir għall-Knisja f’Malta u għalhekk filwaqt li aħna lkoll imħeġġin biex nitolbu għal dawn iż-żgħażagħ li aċċettaw s-sejħa li għamlilhom il-Mulej nitolbu wkoll għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi fil-parroċċa tagħna.

Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju tal-missirijiet mejtin tal-parroċċa. Din il-quddiesa qed tkun organiżżata mill-Grupp tar-romol tal-parroċċa. Infakkru li bħalissa qed jiltaqa’ grupp ta’ romol sa l-eta ta’ 60 sena. Qed jinħass il-bżonn li nerggħu nagħtu ħajja mill-ġdid li grupp ta’ romol minn 60 sena ‘l fuq. Dawk interessati li jinkitbu f’dan il-grupp għandhom jagħtu isimhom fl-uffiċċju parrokkjali.

Nhar il-Ħamis ukoll se ssir laqgħa għall-animaturi tal-quddies, letturi u ministri tat-Tqarbin. Il-laqgħa tkun fis-7.30 p.m. fiċ-ċentru Pastorali. Hu fid-dmir ta’ dawk li qed jaqdu dawn il-ministeri fil-liturġija fil-parroċċa li jkunu preżenti u fil-ħin.

Fit- 3 u 4 ta’ Lulju il-parroċċa tagħna se terġa tkun mistiedna biex tagħti d-demm. Ma nistgħu qatt nieqfu ngħidu kemm dan huwa rigal prezzjuz. Għalhekk nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se jkun hemm voluntieri ħdejn il-bibien tal-knisja biex jieħdu l-appuntamenti tagħkom .

Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Lulju se ssir vestizzjoni u professjoni tat-Terzjarji Karmelitani fil-parroċċa tagħna. Dawk li jixtiequ jipprofessaw għandhom ikellmu lil Carmen Farrugia.

Waħda mill-kummissjonijiet fil-parroċċa hi il-Kummissjoni Djakonija li l-iskop tagħha huwa li tgħin persuni jew familji bi problema. Dawk li jixtiequ l-għajnuna tal-Kummissjoni Djakonija għandhom jitkellmu direttament ma’ l-Arċipriet fl-Uffiċċju Parrokkjali.

Nitolbu għal ħuna Ġużeppi Galea li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtih...

 

Avviż għall-knisja parrokjali biss

Għadhom kemm twaħħlu l-fannijiet fil-knisja għall-kumdita ta’ kulħadd. Ħadd m’għandu jmiss il-fannijiet. Jekk taħseb li l-fan huwa ta’ inkonvenjent għalik, sib post ieħor fil-knisja. Min ikollu xi diffikulta ikellem lil Tony s-sagristan. Grazzi ħafna tal-kooperazzjoni.

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)