12 u 13 ta' Ġunju 2010 - 11-il Ħadd matul is-sena C

12 u 13 ta’ Ġunju 2010

 

Issa li diġa dħalna fix-xhur sħan tas-sajf niġbdu l-attenzjoni għal mod kif għandu jkun l-ilbies tagħna . Il-mod ta’ kif nilbsu juri kemm għandna rispett lejna nfusna u lejn il-persuna tagħna. Barra minn hekk l-ilbies huwa wkoll messaġġ tax-xhieda li rridu nagħtu. Infakkru wkoll li l-ilbies tagħna fil-knisja għandu jkun xhieda ta’ kemm għandna twemmin nisrani. Ilbies li mhux adattat għall-knisja iweġġgħa s-sentimenti Nsara u mhuxiex turija ta’ fidi.

Nhar il-Ġimgħa se ssir laqgħa oħra tal-Grupp Familji Bubaqra. Il-laqgħa tkun fis-7.30 p.m. bis-suġġett l-Ewkaristija fil-Familja. Imexxi l-laqgħa Fr Glen.

Se ssir laqgħa Marjana għat-Terzjarji Karmelitani u devoti tal-Madonna tal-Karmnu fil-knisja tal-Fgura nhar it-Tlieta 22 ta’ Ġunju. Il-private titlaq fis-6.30 p.m. Nibdew bir-rużarju u wara jkun hemm quddiesa.

Nhar il-Ħadd li ġej huwa Jum il-Missier. Għalhekk nhar is-Sibt il-quddiesa ta’ Bubaqra u l-Ħadd il-quddiesa tal-11.00 a.m. issir tifkira speċjali għal Jum il-Missier. Navżaw ukoll li nhar il-Ħadd se ssir quddiesa fid-9.00 a.m. fiċ-ċimterju ta’ S. Leone. Din il-quddiesa tkun b’suffraġju tal-missirijiet mejtin midfuna fiċ-ċimiterju tagħna.

Nitolbu għal oħtna Marija Bugeja li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtiha...

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)