29 u 30 ta’ Mejju 2010
Nerġgħu infakkru li (għada) illum il-quddiesa tat-8.15a.m. tkun fit-8.00, tal-11.00 a.m. tkun fil-11.30 u l-quddiesa tas-6.00 p.m. tkun fis-6.30. Dan il-bdil fil-quddies qed isir minħabba l-festa ta’ l-Ewwel Tqarbina.
Għada it-Tnejn se jsiru laqgħat oħra għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Griżma din is-sena. Il-laqgħat ikunu fid-9.00 a.m. u fis-7.15 p.m. u se jitkellem is-sur Francis Chircop, social worker.
Minn għada it-Tnejn il-Kappella ta’ San Ġakbu se tkun miftuħa bejn is-7.30 a.m. u nofsinhar u bejn l-4.00 p.m. u t-8.00 p.m. Dan il-bdil fil-ħin idum sakemm nagħtu avviż ieħor.
Nhar l-Erbgħa se ssir l-egħluq tas-sena tas-Sacerdoti b’quddiesa konċelebrata fil-Katidral ta’ l-Imdina fis-7.00 p.m. Dawk li jixtiequ jiġu għal din il-konċelebrazzjoni għandhom ikellmu lil Mrs Sivie Farrugia.
Nhar l-Erbgħa wkoll se ssir ċelebrazzjoni marjana fil-kappella ta’ Bubaqra. Din iċ-ċelebrazzjoni tibda fis-6.30 p.m. bir-rużarju mill-pjazza ta’ Bubaqra u wara quddiesa. Din iċ-ċelebrazzjoni qed tkun organiżżata mit-Terzjarji Karmelitani.
Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul ix-xahar ta’ Mejju li huma : Salvu Grixti, Censu Baldacchino, M’Lourdes Azzopardi, Katarina Camilleri, Salvu Cassar u Tessie Bugeja. Il-familjari huma mistiedna biex ikunu preżenti għal din il-quddiesa.
Nhar il-Ħamis ukoll se ssir ġurnata adorazzjoni għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi fis-Seminarju. Din l-adorazzjoni tagħlaq fis-6.30 p.m. bis-sehem tas-seminaristi. Infakkru li se jkollna t-transport li jitlaq mill-venda fis-5.45 p.m.
Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw il-festa tal-Qalb ta’ Ġesu fin-Nigret. Bi tħejjija għal din il-festa, it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis ikunu jiem ta’ Tridu. Il-Ġimgħa fis-6.00 p.m. quddiesa kantata solenni bil-priedka mill-Arċipriet u wara purċissjoni solenni bis-S.S. Sagrament li tgħaddi mit-toroq taż-żona tan-Nigret. Il-fratelli tas-Sagrament u tal-Qalb ta’ Ġesu kif ukoll it-tfal ta’ l-Ewwel Tqarbina għandhom jattendu.
Navżaw li bi tħejjija għall-festa ta’ Corpus li se niċċelebraw nhar il-Ħadd li ġej il-Kappella ta’ San Ġakbu se tibqa miftuħa għall-adorazzjoni tagħna fil-lejl ta’ bejn nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej.
Nhar il-Ħadd niċċelebraw is-Solennita tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu, festa solenni ta’ l-Ewkaristija. Fis-6.00 p.m. issir quddiesa konċelebrata solenni bis-sehem tal-Kor parrokkjali u wara purċissjoni solenni bis-S.S. Sagrament li tgħaddi mill-inħawi tax-Xarolla. Il-Fratelli u t-tfal ta’ l-Ewwel Tqarbina għandhom jattendu.
Matul din il-ġimgħa se jkunu qed jinġabru l-applikazzjonijiet għal dawk li jixtiequ jerfgħu fil-vara tal-Madonna tal-Karmnu. Dawn jistgħu jagħtuhom lill-Arċipriet jew xi wieħed mill-membri tal-Kumitat tal-Fratellanza sa nhar il-Ħadd li ġej. Nażaw ukoll li issa l-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnju għandha l-website tagħha. Is-sit huwa : www.fratellanzakarmelitanazurrieq.org
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Salvu Cassar u Tessie Bugeja. Agħtihom ...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 4 days ago
38 weeks 4 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago