22 u 23 ta' Mejju 2010 - Solennita ta' Pentekoste

Din il-ġimgħa se tkun ġimgħa importanti ħafna għall-parroċċa tagħna għaliex madwar mitt tifel u tifla mill-parroċċa se jiltaqgħu ma’ Ġesu fl-Ewkaristija għall-ewwel darba nhar il-Ħadd li ġej. Nitolbu ħafna għal dawn it-tfal u b’mod speċjali għall-familji tagħhom. Infakkru lill-familji ta’ dawn it-tfal biex jimxu skond il-programm li tqassam bl-attivitajiet kollha. Infakkru b’mod speċjali li nhar is-Sibt se jkollna saċerdoti barranin għall-qrar filgħodu u filgħaxija.

Nhar il-Ħamis fid-9.00 a.m. se ssir l-aħħar laqgħa tal-Grupp ta’ l-Anzjani. Din il-laqgħa se tkun quddiesa b’ringrazjament lil Alla f’egħluq il-programm ta’ din is-sena.

Nhar il-Ġimgħa se jsir seminar għall-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Għal dan is-seminar għandhom jattendu wkoll il-membri tal-kummissjonijiet fi ħdan il-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Is-seminar se jsir fl-Oratorju tal-knisja fis-7.00 p.m. u se jitmexxa minn Fr Ray Toledo, Delegat ta’ l-Arċisqof għall-parroċċi. Hu fid-dmir tal-membri li jattendu għal dan is-seminar. Jistgħu jattendu wkoll dawk li jinteressahom kif titmexxa l-parroċċa.

Il-podoloġista Angelo Zammit se jkompli jagħti s-servizzi tiegħu fuq il-kura tas-saqajn min nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Ġunju. Importanti ħafna li jsir appuntament fl-uffiċċju parrokjali. Infakkru li dan is-servizz qed jingħata bla ħlas lill-anzjani.

L-offerti li ingħataw fit-tberik ta’ din is-sena laħaq l-ammont sabiħ ta’ €9900. Nirringrazzjawkom ħafna ta’ dan l-ammont. Infakkru li l-iskop ta’ dawn il-flus huwa biex jitwettqu proġetti pastorali fil-parroċċa matul is-sena. Parti minnu jmur ukoll għas-salarji tal-qassisin.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Censu Baldacchino, Maria Lourdes Azzopardi u Katarina Camilleri. Agħtihom...


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)