15 u 16 ta' Mejju 2010 - Tlugħ-il Mulej fis-Sema

15  u 16 ta’ Mejju 2010

 

Għada it-Tnejn huwa l-aħħar ġurnata tat-tberik tal-familji. Nirringrazzjaw ħafna lil dawk il-familji li laqgħu lis-saċerdot għandhom u flimkien saret it-talba tat-tberik tal-familji. Dawk il-familji li xtaqu jbierku u għal xi raġuni jew oħra ma berkux jistgħu jitolbu appuntament ma’ xi wieħed mis-saċerdoti tal-parroċċa.

Nhar l-Erbgħa hi l-aħħar Erbgħa tal-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu. Fis-6.00 p.m. jitkanta l-għasar tal-Madonna u fis-6.30 p.m. quddiesa bil-priedka minn P. Joe Zahra. Wara l-quddiesa tingħad il-Kurunella, l-innu, antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.

Nhar il-Ħadd niċċelebraw is-Solennita ta’ Pentekoste. Se ssir ċelebrazzjoni djoċesana  ta’ Pentekoste fil-parroċċa tal-Għargħur u għal din iċ-ċelebrazzjoni qed jiġi organiżżat trasport flimkien mal-parroċċi ta’ l-Unita pastorali. Dawk li jixtiequ jiġu għal din iċ-ċelebrazzjoni għandhom ikellmu lil Mrs Sivie Farrugia. It-transport mill-parroċċa tagħna jitlaq fis-6.15 p.m. mill-venda.

Fl-Uffiċċju Parrokkjali hemm ir-ritratti tal-Mother’s Day ta’ din is-sena. Infakkru wkoll li għad fadal ritratti ta’ okkażjonijiet oħrajn fl-uffiċċju parrokkjali. Min hu interessat li jiġborhom jista’ jiġi għalihom waqt il-ħin ta’ l-Uffiċċju.

Il-grupp Fund raising se jorganiżża pellegrinaġġ għal Għawdex nhar it-Tlieta 15 ta’ Ġunju. Dawk li jixtiequ jiġu għal dan il-pellegrinaġġ għandhom jinkitbu għand il-membri tal-grupp fund raising.


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)