Is-Sibt u l-Ħadd 8 u 9 ta' Mejju 2010 - is-Sitt Ħadd ta' l-Għid

8 u 9 ta’ Mejju 2010

Nibdew dawn l-avviżi billi niskużaw ruħna mal-familji li joqgħod fi Triq M.Perez d’Aleccio li ġew maqbuża meta kien imisshom skond il-programm tat-tberik. Dawn il-familji issa se jbierku għada it-Tnejn  mill-4.30 p.m. il-quddiem.

In-nisa ta’ l-Azzjoni Kattolika jixtiequ jistiednu lil kulħadd għal-laqgħa li se ssir nhar it-Tlieta fid-9.00 a.m. fiċ-Ċentru Pastorali. Is-suġġett ta’ din il-laqgħa se tkun il-Kawża tal-Kanonizzazjoni ta’ Mons Gużeppi de Piro, Fundatur tas-Soċjeta Missjunarja ta’ San Pawl. Se jitkellem Fr Tony Sciberras.

Nhar il-Ħamis 13 ta’ Mejju se ssir laqgħa oħra tal-Grupp ta’ l-Anzjani fid-9.00 a.m. u se titkellem Ms Sharon Cutajar, Occupational Therapist bis-suġġett : ‘Accidents’ fid-dar. Inħeġġu biex iktar anzjani jattendu għal dawn il-laqgħat li huma ta’ bżonn kbir għalihom.

Nhar il-Ħadd li ġej se ssir ħarġa soċjali għar-romol fl-okkazjoni ta’ Jum l-Omm. Nitilqu fis-7.00 p.m. minn ħdejn id-dar ta’ l-Arċipriet u dawk li huma interessati jistgħu iħallu isimhom fl-Uffiċċju Parrokkjali.

Il-Kummissjoni Edukazzjoni u Kultura tal-parroċċa se torganiżża ħarġa għal Bir Mula f’Bormla nhar it-Tnejn 24 ta’ Mejju. Il-bookings isiru bħas-soltu fl-Uffiċċju Parrokkjali sa nhar l-Erbgħa 19 ta’Mejju. Iktar dettalji jinsabu man-notice boards.

Il-fratellanza ta’ Santu Rokku qed tistieden lill-fratelli u kull min hu interessat għall-purċissjoni ta’ Santa Rita f’B’Kara li se ssir nhar il-Ħamis 20 ta’ Mejju. Tluq fis-6.00 p.m. bil-private mill-venda. It-transport huwa bla ħlas.

Matul dawn il-ġranet se jsir tindif ta’ diversi oqbra tal-komun fiċ-ċimterju ta’ San Leone. Id-dettalji ta’ l-oqbra li se jitnaddfu jinsabu man-notice boards.

Nitolbu għal ħuna Salvu Grixti li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtih...

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)