1 u 2 ta' Mejju 2010 - il-Ħames Ħadd ta' l-Għid Sena C

1u 2 ta’ Mejju 2010

 

Il-parroċċa tagħna llum qed tiċċelebra l-festa ta’ San Ġużepp. Infakkru li fis-6.00 p.m. issir quddiesa kantata bil-priedka fuq San Ġużepp u wara purċissjoni li tgħaddi mit-toroq tas-soltu.

 

Għada it-Tnejn se ssir laqgħa oħra tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.30 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali.

Nhar l-Erbgħa 5 ta' Mejju, huwa l-84 anniversarju mill-ftuh tal-Museum tas-Subien fiż-Żurrieq. Nirringrazzjaw lil Alla li għal dawn is-snin għoġbu jbierek lill-parroċca tagħna bit-tagħlim mogħti mis-Soċjeta' tal-Museum u nitolbu biex is-Sinjur Alla jkompli jagħzel u jsejjaħ żghażagħ mill-parroċċa tagħna għall-vokazzjoni Museumina.

Nhar l-Erbgħa wkoll se ssir laqgħa ta’ talb fil-kappella ta’ Bubaqra. Il-laqgha tkun fis-6.45 p.m.

 

Nhar il-Ħamis se ssir ġurnata adorazzjoni fis-Seminarju. Din l-adorazzjoni tagħlaq fis-6.30 p.m. bis-sehem tas-seminaristi. L-adorazzjoni din id-darba se tkun immexxija mill-Unita tagħna jiġifieri mill-parroċċi tal-Qrendi, Zurrieq, Safi, Mqabba u Ħal Kirkop. Għalhekk it-transport jitlaq mill-venda din id-darba fil-5.30 p.m. Dawk li jixtiequ jiġu għal din l-adorazzjoni għandhom ikellmu lil Mrs Emma Mallia.

 

Nhar il-Ħamis ukoll il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar t’April li huma: Rose Marie Galea, Catherine Farrugia, Anthony Bonnici, Leonardu Azzopardi u Carmela Grixti. Il-familjari huma mitluba jkunu preżenti għal din il-quddiesa.

 

Nhar il-Ġimgħa se ssir it-tifkira ta’ San Gorġ Preca. Il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun animata mill-membri tal-MUSEUM.

 

Nhari l-Ġimgħa wkoll se ssir laqgħa oħra tal-Grupp Familji Bubaqra fis-7.30 p.m. Se titkellem is-superjura Mansi Cutajar fuq suġġett : Marija Omm Ġesu.

 

Nhar is-Sibt 8 ta’ Mejju se ssir l-adorazzjoni għall-qdusija tas-saċerdoti u talb għall-vokazzjonijiet fil-parroċċa ta’ San Pawl il-Baħar. L-adorazzjoni tibda fl-9.45 p.m. bil-quddiesa.

 

Nhar il-Ħadd huwa Jum l-Omm. Navżaw li fid-9.00 a.m. se ssir quddiesa fiċ-ċimiterju b’suffraġju ta’ l-ommijiet midfuna fiċ-Ċimiterju tal-parroċċa. Nhar il-Ħadd ukoll fil-quddiesa tad-9.30 a.m. se jkunu mistiedna b’mod speċjali dawk l-ommijiet kollha li kellhom tarbija matul dawn l-aħħar tnax-il xahar.

 

Issa li bdejn ix-xahar ta’ Mejju navżaw li kuljum jingħad ir-rużarju wara l-quddiesa tas-6.00 a.m. u wara l-quddiesa tat-7.45 a.m. Il-Fratellanza tal-Madonna tar-Rużarju se torganiżża rużarju meditat kuljum fil-kappella ta’ San Ġakbu fis-7.30 p.m.

 

Se jsir nofs ta’ nhar irtir f’Porzjunkola House Baħar iċ-Ċagħaq nhar it-Tlieta 11 ta’ Mejju għat-terzjarji u devoti tal-Madonna tal-Karmnu. Min jixtieq jattendi għandu jkellem lil Miss Carmen Farrugia sa nhar il-Ħadd 9 ta’ Mejju.

 

Il-ġabra li saret għas-Seminarju din is-sena laħqet l-ammont  sabih ta’ €2600. F’isem ir-rettur u s-Seminaristi nirringrazzjaw minn  qalbna lil kulħadd.

 

Nitolbu għal oħtna Carmela Grixti li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtiha...


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)