24 u 25 t'April 2010 - ir-Raba Ħadd tal-Għid

24 u 25 t’April 2010

Għada it-Tnejn se ssir laqgħa oħra għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Grizma din is-sena. Il-laqgħa tkun bħas-soltu fiċ-ċentru Pastorali fid-9.00 a.m. u fis-7.15 p.m. Inffakkru li hu fid-dmir tal-ġenituri li ma jonqsux. Infakkru wkoll li se jkun hemm min jieħu ħsieb it-tfal waqt il-laqgħat.

Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa u diskussjoni  għall-familja organiżżata mill-Kummissjoni Parrokkjali Familja. Il-laqgħa se tkun fil-MUSEUM  tal-bniet fis-7.30 p.m. u se tkun immexxija minn Mrs Elaine Grech, Family therapist fuq is-suġġett: Pressjoni fuq il-familja mis-soċjeta u awto dixxiplina. Inħeġġu biex aktar koppji miżżewġa speċjalment miżżewġin żgħażagħ jattendu għal din it-taħdita importanti u nteressanti.

Nhar il-Ġimgħa se ssir siegħa adorazzjoni fil-kappella ta’ San Ġakbu. L-adorazzjoni tkun fis-7.00 p.m. u titmexxa mill-Azzjoni Kattolika, il-Grupp Mixja ta’ Fidi u t-Terzjarji Karmelitani.

Nhar il-Ħadd 2 ta’ Mejju issir quddiesa bil-magħmudija fl-4.30 p.m.

Nhar il-Ħadd li ġej niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp fil-parroċċa tagħna. Fis-6.00 p.m. issir quddiesa kantata bis-sehem tal-kor parrokkjali u wara purċissjoni li tgħaddi mit-toroq tas-soltu.

Il-Grupp Fund raising se jorganiżża Coffee Morning nhar l-Erbgħa 5 ta’ Mejju. Biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-grupp stess.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Catherine Farrugia, Anthony Bonnici u Leonardu Azzopardi. Agħtihom...


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)