10 u 11 t'April 2010 - it-Tieni Ħadd ta' l-Għid - Ġesu Imur ikellem lil Tumas

10 u 11 t’April 2010

Infakkru li (ghada) llum se ssir l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-knisja parrokkjali fil-4.45 p.m.

Nhar is-Sibt se jasal fostna l-Qdusija Tiegħu il-Papa Benedittu XVI għal żjara ta’ ftit siegħat fl-okkazjoni tal-1950 sena mill-miġja ta’ Sana Pawl fostna. Parti importanti mill-programm taż-żjara se tkun il-quddiesa li se ssir fuq il-Fosos tal-Furjana il-Ħadd 18 t’April fl-10.00 a.m. Minħabba li s-saċerdoti se jikkonċelebraw flimkien mal-Papa se jsir dan il-programm tal-quddies fil-parroċċa. Il-quddies se jkun hekk: Is-Sibt se jsiru żewġ quddisiet fil-knisja parrokkjali u dawn se jkunu fil-5.00 u fis-6.30 p.m. Il-quddies fil-knisja ta’ Bubaqra u n-Nigret se jibqa l-istess. Il-Ħadd il-quddies tan-Nigret filgħodu jibqa l-istess filwaqt li l-quddiesa ta’ Bubaqra tkun fis-7.30 a.m. Fil-knisja parrokkjali l-quddies ikun fis-6.00 u fis-7.00 a.m. biss imma filgħaxija ikun hawn quddies fis-6.00 u fis-7.00a.m. Man-notice boards tal-knisja hemm il-programm tal-quddies għall-okkazjoni taż-żjara tal-Papa.

Nhar il-Ħamis se ssir iċ-ċerimonja ta’ l-għoti tal-Ministeru tal-Lettorat lil 8 seminaristi fosthom Dillon Bugeja mill-parroċċa tagħna. Din il-funzjoni tibda fis-6.30 p.m. u se tkun immexxija minn Mons Arċisqof Pawlu Cremona. Għalhekk bi tħejjija għal din l-okkazjoni se jsiru dawn il-laqgħat: Għada it-Tnejn laqgħa għall-bniet fil-Museum tal-bniet fil-5.15 p.m. u laqgħa oħra għas-subien fil-museum tas-subien fis-7.00 p.m. Nhar it-Tlieta fis-7.15 p.m. se ssir laqgħa għaż-żgħażagħ u adoloxxenti fl-Oratorju tal-knisja. Inħeġġu biex matul dawn il-ġranet nitolbu għal dawn is-seminaristi u speċjalment biex mill-parroċċa tagħna ikollna iktar żgħażagħ ġenerużi li jwieġbu għas-sejħat li l-Mulej jagħmlilhom.

Nhar l-Erbgħa 14 t’April il-Grupp Fund raising se jagħmel coffee morning. Dawk li jixtiequ jiġu għandhom jinkitbu għand il-membri tal-istess grupp.

Nhar il-Ġimgħa se ssir laqgħa oħra tal-Grupp Familji Bubaqra. Il-laqgħa tkun fis-sala ta’ Bubaqra fis-7.30 p.m. u se jmexxi din il-laqgħa is-Sur Francis Chircop bis-suġġett ‘Għandi x’nagħti?’

Il-Kummissjoni Edukazzjoni u Kultura tal-parroċċa se torganizza laqgħa ta’ informazzjoni dwar is-sistema l-ġdida tat-trasport pubbliku. Iktar dettalji jinsabu man-notice boards tal-knisja.

Nitolbu għal oħtna Rose Marie Galea li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Aghtiha


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)