3 u 4 t'April 2010 - L-GĦID IL-KBIR TAL-QAWMIEN TAL-MULEJ GĦALL-ĦAJJA

3 u 4 t’April 2010

Minn għada it-Tnejn se jibda t-tberik tal-familji fil-parroċċa tagħna. It-tberik huwa okkażjoni sabieħa biex niltaqgħu flimkien għal ftit ħin u nitolbu bħala familja. It-tberik jibda fl-4.30 p.m. skond il-programm li qed jitqassam mal-magazine FLIMKIEN. Mal-programm tat-tberik qed jitqassam ukoll kwestjonarju mill-Kummissjoni Djakonija u li l-iskop tiegħu huwa biex tinġabar informazzjoni  dwar familji li għandhom xi membru li għandu xi impediment biex joħroġ mid-dar. Dan il-kwestjonarju għandu jitqiegħed fl-envelope ta’ l-offerta tat-tberik u  jingħata lill-qassis li jiġi jbierek.

Nhar l-Erbgħa jibdew l-Erbgħat ta’ l-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu. Fis-6.30 p.m. issir quddiesa kantata bl-omelija minn P. Joe Zahra, Dumnikan u wara l-quddiesa tingħad il-kurunella, l-innu, l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. Dawk li għandhom fjuri bojod għat-tiżjin ta’ l-artal tal-Madonna tal-Karmnu, dawn għandhom jinġiebu l-knisja sa nhar it-Tlieta filgħodu.

Nhar l-Erbgħa wkoll se ssir laqgħa ta’ talb fil-knisja ta’ Bubaqra. Din il-laqgħa tibda fis-6.45 p.m. u kulħadd huwa mistieden.

Nhar il-Ħamis se jiltaqa’ l-grupp ta’ l-anzjani fid-9.00 a.m. fl-Oratorju tal-knisja. Se tmexxi l-laqgħa t-tabiba Maria Sciberras fuq is-suġġett: L-ewwel għajnuna fid-dar.

Nhar il-Ħamis l-adorazzjoni ta’ filgħaxija se tkun immexxija mis-seminaristi u dan bi preparazzjoni għall-ministeru tal-Lettorat li se jsir fil-parroċċa tagħna nhar il-Ħamis 15 t’April.

Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun  b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar ta’ Marzu u li huma: Carmela Zahra, Rokku Schembri, Nazzareno Zerafa, Pawlu Busuttil, Carmelo Zammit, Joe Abdilla, Carmelo Bellizzi, John Ellul, Tony Gauci, Katarina Farrugia u Grezzju Camilleri. Il-familjari huma mistiedna biex jattendu għal din il-quddiesa.

Nhar il-Ħamis ukoll se ssir laqgħa oħra tal-Grupp Nisa Romol. Il-laqgħa tkun fis-7.00 p.m. fid-Dar ta’ l-Arcipriet.

Nhar is-Sibt se ssir l-adorazzjoni għall-qdusija tal-Kleru u talb għall-vokazzjonijiet. L-adorazzjoni din id-darba se ssir fil-parroċċa ta’ Ħ’Attard u tibda fl-9.45 p.m. bil-quddiesa

Nhar il-Ħadd li ġej se ssir l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-4.45 p.m. fil-knisja parrokkjali.

Nhar il-Ħadd ukoll iż-ZAK Zurrieq flimkien mal-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ se tagħmel żewġ attivitajiet fil-knisja ta’ Bubaqra. L-ewwel attivita se tkun fl-10.00 a.m. għall-adoloxxenti u l-oħra fis-7.00 ta’ filgħaxija għal żgħażagħ minn 16-il sena ‘l fuq. Parti minn din l-attivita se tkun il-quddiesa. Inħeġġu liż-żgħażagħ  u adoloxxenti ħalli jattendu.

Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se ssir ġabra speċjali fil-knejjes kollha biex ngħinu ħalli jittaffew xi ftit l-ispejjes konnessi maż-żjara tal-Papa fostna. Kif wieħed jista’ jifhem, l-ispejjes huma kbar u għalhekk inħeġġu biex ngħinu mill-aħjar li nistgħu.

Il-Grupp ta’ l-Iscouts taż-Zurrieq se jorganiżżaw ‘Open Camp’ fiċ-Ċentru ta’ l-Iscouts minn għada it-Tnejn sa nhar l-Erbgħa. Dan qed isir biex kulħadd ikollu l-opportunita li jara x-xogħol li jsir mill-leaders tal-grupp flimkien mat-tfal.

Il-Kummissjoni Edukazzjoni u Kultura se jerġa jorganiżża kors ieħor għall-ħiliet basiċi fil-komjuter. Id-dettalji kollha għal dan il-kors jinsabu man-notice boards tal-knisja. Dawk li kienu kkuntattjaw lil Miss Saliba xorta għandhom jinkitbu fl-uffiċċju parrokkjali.


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)