27 u 28 ta' Marzu 2010 - Tifkira tad-Daħla Solenni ta' Ġesu f'Gerusalemm - Ħadd-il Palm

27 u 28 ta’ Marzu 2010

Issa li bdejna il-ħin tas-sajf navzaw li l-ħin tal-quddies fil-knisja parrokkjali u fil-knisja ta’ Bubaqra se jkun nofs siegħa wara. Il-ħin tal-quddies nhar ta’ Sibt filgħaxija fil-knisja parrokkjali jkun fis-6.30 u l-quddiesa ta’ filgħaxija fil-knisja ta’ Bubaqra tkun fis-6.30p.m.

Għada it-Tnejn se ssir Via Sagra solenni fil-knisja parrokkjali wara l-quddiesa ta’ filgħaxija u se tkun bis-sehem tal-kor parrokkjali. Se ssir il-Via Sagra għall-qdusija tas-saċerdoti fl-okkażjoni tas-sena tas-saċerdoti. Fil-kappella ta’ Bubaqra se ssir adorazzjoni fis-6.30 p.m. u fis-7.00 p.m. quddiesa.

It-Tlieta 30 ta’ MArzu : Issir il-Via Sagra mal-Parroċċi ta’ l-Unita Pastorali. Fis-7.30p.m. il-parroċċa tagħna flimkien mal-parroċċi tal-Qrendi, Safi, Mqabba, Kirkop jingħaqdu flimkien għall-Via Sagra li se ssir mill-parroċċaĦal Kirkop għall-parroċċa ta’ Ħal Safi. Aħna lkoll imħeġġin biex nieħdu sehem. Se jkollna t-transport li jitlaq mill-venda fis-7.00 p.m. Minħabba din il-Via Sagra l-quddiesa ta’ Bubaqra se tkun fis-7.30 a.m.

Nhar l-Erbgħa se ssir Via Sagra Nazzjonali li tibda mill-parroċċa ta’ Santa Marija f’B’Kara u tispiċċa fid-Dar tal-Kleru. Se jiġi organizzat transport għal din il-Via Sagra. Minn se jattendi għandu jinkiteb għand Mrs Sivie Farrugia. Jekk ma jkunx hemm numru adekwat, it-transport jitħassar.

Il-Ħamis 1 t’April: Tifkira tat-Twaqqif tas-Saċerdozju u ta’ l-Ewkaristija. Fid- 9.00 a.m. issir quddiesa konċelebrata solenni fil-konkatidral ta’ San Ġwann. Matul din il-quddiesa jitbierku ż-żjut imqaddsa tal-Griżma, tal-Magħmudija u tad-dilka tal-morda

Fis-6.30 p.m. quddiesa solenni li fiha ssir it-tifkira ta’ l-aħħar Ikla tal-Mulej. Matul din il-quddiesa isir il-ħasil tar-riġlejn. Jieħu sehem il-kor parrokkjali ‘Cantate Domino’. Wara l-quddiesa Ġesu Sagramentat  jiġi trasportat lejn l-artal tar-reposizzjoni. Fit-8.00 p.m. jibdew l-adorazzjonijiet quddiem Ġesu Sagramentat. Din l-adorazzjoni titmexxa mill-Kummissjoni Parrokkjali Liturġija. Fid-9.00 p.m. Adorazzjoni immexxija mill-fratellanzi tal-parroċċa.Fl-10.30 p.m adorazzjoni immexxija miż-żgħażagħ. Il-funzjoni fil-kappella tan-Nigret tibda fil-5.30 p.m. u l-funzjoni fil-kappella ta’ Bubaqra tkun fis-7.00 p.m.  Se jkollna saċerdoti barranin għall-qrar mill-4.30 p.m. il-quddiem

Il-Ġimgħa 2 t’April: Issir it-Tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Kristu. Fis-6.30 a.m. jibdew l-adorazzjonijiet quddiem l-Ewkaristija. Fit-8.00 a.m. Tingħad it-talba tal-Matutin u t-Tiħir ta’ Sbiħ-il-Jum immexxija mis-saċerdoti tal-parroċċa. Kulħadd huwa mistieden biex nagħmlu flimkien din it-talba Liturġika. Fid-9.00 a.m. adorazzjoni immexxija mill-membri bniet tal-MUSEUM  u fl-10.30 a.m. adorazzjoni immexxija miż-żewġ għaqdiet mużikali tal-parroċċa. Fit-3.00 p.m. tibda l-funzjoni liturġika tat-tifkira tal-mewt ta’ Kristu bil-Liturġija tal-Kelma, l-adorazzjoni tas-Salib u t-tqarbin.

Is-Sibt 3 t’April : Is-Sibt Qaddis tal-Qawmien Fl-4.30 p.m. jitqabbad in-nar ġdid mir-raġġi tax-xemx. Fit-8.00 p.m. tibda s-sahra Qaddisa tal-Vġili ta’ l-Għid bit-tberik tan-nar, it-Tħabbira ta’ l-Għid, it-tberik ta’ l-Ilma tal-Magħmudija u tkompli quddiesa Solenni tal-Vġili ta’ l-Għid. Il-funzjoni fil-kappella tan-Nigret tibda fis-7.30 p.m. Illum ukoll se jkollna saċerdoti barranin għall-qrar.

L-GĦID IL-KBIR TAL-QAWMIEN TAL-MULEJ GĦALL-ĦAJJA. Fit-8.00 a.m. issir mixja ferrieħa mit-tfal kollha sal-knisja fejn tkompli quddiesa speċjali ta’ l-Għid animata mit-tfal. It-tfal kollha għandhom jiltaqgħu ħdejn il-venda.

Fl-okkazjoni tal-Ġimgħa ta’ Sagrifiċċju organiżżata mill-Assistenza Soċjali ta’ l-Azzjoni Kattolika, fil-knisja hemm kaxxi biex fihom inpoġġu l-offerti tagħna b’risq familji fil-bżonn.

Nitolbu għal ħuna Grezzju Camilleri li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtih...

 

 

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)