20 u 21 ta' Marzu 2010 - il- 5 Ħadd tar-Randan Sena C

20 u 21 ta’ Marzu 2010

Għada it-Tnejn se jsiru l-aħħar korsijiet ta’ eżercizzi fil-parroċċa tagħna. Fis-6.00 p.m. isiru l-eżercizzi għal kulħadd fil-quddiesa ta’ filgħaxija. Se jmexxi dawn l-eżerċizzi P. Pawlu Aquilina. Fit-8.00 p.m. se jsiru l-eżercizzi għall-miżżewġin żgħażagħ. Dawn se jitmexxew minn Fr Josef Mifsud u jsiru fiċ-Ċentru Pastorali. Se jkun hemm min jieħu ħsieb it-tfal waqt l-eżercizzi.

Għada it-Tnejn ukoll se jsiru laqgħat oħra għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Griżma din is-sena. Bħas-soltu dawn il-laqgħat ikunu fiċ-Ċentru Pastorali u jsiru fid-9.00 a.m. u fis-7.15 p.m.

Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa oħra għall-adoloxxenti subien li qed jattendu l-laqgħat tal-Vokazzjonijiet. Il-laqgħa tkun fil-5.00 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali u jmexxi s-Seminarista Roderick Camilleri.

Nhar l-Erbgħa fis-7.30 p.m. se jsir il-ftuh ta’ wirja ta’ vari u statwi tal-Ġimgħa l-Kbira fi Triq Pietru Pawl Pulliċino fiż-żona tal-Bebbux. L-offerti li jingħataw f’din il-wirja se jmorru b’risq il-Fundazzjoni ‘Puttinu Cares’.

Nhar il-Ħamis fil-5.30 p.m. se ssir ċelebrazzjoni penitenzjali li fiha jiġi ċelebrat ukoll is-sagrament tal-Qrar. Se jkun hawn diversi saċerdoti barranin għall-qrar.

Nhar il-Ġimgħa huwa Jum id-Duluri. Ikun jixraq li nqaddsu dan il-jum bis-sawm. Il-ħin tal-quddies ikun bħal dak ta’ fost il-ġimgħa, imma fil-knisja ta’ Bubaqra ssir quddiesa fis-7.30 a.m. minflok filgħaxija u fil-kappella tan-Nigret barra l-quddiesa tas-soltu ta’ filgħodu, issir quddiesa oħra fil-4.30 p.m. Fil-knisja parrokkjali issir quddiesa speċjali bis-sehem tat-tfal fil-11.00a.m. Fil-5.30 p.m. issir quddiesa letta bl-omelija u fis-6.00 p.m. jibda l-pellegrinaġġ penitenzjali bl-istatwa tad-Duluri li matulha se jsiru tableaux ipprezentati miż-żgħażagħ tal-parroċċa. Wara l-pellegrinaġġ issir quddiesa oħra minn P. Pawlu Aquilina. Nhar il-Ġimgħa se jkollna diversi saċerdoti barranin għall-qrar filgħodu u filgħaxija.

Nhar il-Ħadd nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa biċ-ċelebrazzjoni tad-Daħla Solenni ta’ Ġesu f’Gersusalem. Fid-9.15 a.m. kulħadd għandu jiġabar ħdejn  il-MUSEUM  tal-bniet fejn jitbierku l-friegħi taż-żebbuġ u wara tkompli purċissjoni ferrieħasal-knisja bis-sehem tat-tfal fejn tkompli quddiesa solenni bis-sehem tal-Kor Parrokkjali.

Matul il-ġranet li għaddew il-parroċċa tagħna għaddiet minn żewġ esperjenzi ta’ karita u ġenerosita. Nhar il-Ħadd li għadda il-Grupp Miżżewġin żgħażagħ organizzaw bejgħ ta’ kejkijiet u ħelu b’risq Puttinu Cares. Minn din l-attivita’ inġabret is-somma sabieħa ta’ €5168. Nhar il-Ħamis li għadda it-tfal tal-parroċċa immexxijin mill-ġenituri u l-katekisti offrew il-Karus ta’ Mħabba bl-ammont ta’ €1809. Dawn il-flus se jingħataw lis-Sorijiet tan-Nigret. F’isem il-Fundazzjoni Puttinu Cares u s-sorijiet tan-Nigret nirringrazzjaw minn qalbna lil kulħadd.

Nitolbu għal oħtna Katarina Farrugia li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtiha...

 

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)