13 u 14 ta’ Marzu 2010
Nibdew l-avviżi ta’ din il-ġimgħa billi nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw id-demm nhar is-Sibt u l-Ħadd li għadda. Nirringrazzjaw ukoll lil dawk li xtaqu jagħtu d-demm u għal xi raġuni jew oħra ma tawx. Il-parroċċa jmissha tagħti d-demm nhar is-Sibt u l-Ħadd 3 u 4 ta’ Lulju. Minn issa nagħmlu sejħa speċjalment lill-membri ta’ l-għaqdiet ħalli jingħaqdu biex joffru dan ir-rigal hekk importanti u prezzjuż.
Din il-ġimgħa se jkompli l-programm ta’ eżercizzi fil-parroċċa tagħna bl-eżercizzi għall-miżżewġin. Se jmexxi dawn l-eżercizzi P. Tonio Mifsud u se jibdew fis-7.00 p.m. Inħeġġu ħafna lill-miżżewġin kollha jattendu għal dawn l-eżercizzi. Dawk il-koppji li m’għandhomx ma’ min iħallu t-tfal, navżawhom li se jkun hemm min jieħdu ħsieb it-tfal waqt l-eżercizzi.
Għada it-Tnejn se ssir laqgħa oħra għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-ewwel tqarbina din is-sena. Minħabba l-eżercizzi tal-miżżewġin se ssir biss il-laqgħa ta’ filgħodu jiġifieri fid-9.00. Infakkru li din il-laqgħa tkun fiċ-Ċentru Pastorali.
Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa oħra tal-grupp ta’ l-Anzjani fid-9.00 a.m. fl-Oratorju. Se jmexxi din il-laqgħa s-soċju tal-MUSEUM Ġużi Sammut fuq is-suġġett: L-adorazzjoni tal-Pjagi ta’ Kristu.
Nhar il-Ħamis ukoll nistiednu lit-tfal kollha tal-parroċċa għall-quddiesa speċjali li fiha se joffru l-karus ta’ Mħabba. Il-quddiesa tkun fil-5.00 p.m. Infakkru li l-flus tal-Karus ta’ Mħabba se jingħataw lis-Sorijiet tan-Nigret li qed iwettqu xogħol kbir ta’ mħabba ma’ tfal żgħar u adoloxxenti.
Nhar il-Ħamis ukoll se ssir laqgħa oħra tal-grupp tas-separati fis-7.30 p.m. fid-dar ta’ l-Arċipriet.
Nhar il-Ħamis ukoll se ssir laqgħa tal-Grupp Familji Bubaqra. Il-laqgħa tkun bħas-soltu fis-Sala ta’ Bubaqra fis-7.00 p.m. Se titkellem it-tabiba Marija Sciberras fuq il-Mard Staġjonali.
Nhar il-Ġimgħa niċċelebraw is-Solennita ta’ San Ġużepp, Patrun tal-Knisja Universali. Għalkemm m’hemmx obbligu tal-quddies, jixraq li nqaddsu dan il-jum bil-quddiesa. Fil-quddiesa ta’ figħaxija għandhom jattendu l-fratelli imseħħbin fil-fratellanza ta’ San Ġużepp.
Nhar il-Ġimgħa se ssir ġurnata eżercizzi għall-adoxxenti. Dawk li huma interessati li jattendu għal din il-ġurnata huma mitluba li jieħdu formola minn fuq is-site tal-parroċċa jew mis-site taż-ŻAKZurrieq. Dawn il-formoli ta’ l-applikazzjoni jagħlqu sa nhar it-Tlieta 16 ta’ Marzu.
Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se jkollnafostna lis-seminaristi ħalli bħal kull sena jagħmlu il-ġabra tar-Randan għas-seminarju. Infakkru li s-seminarju huwa l-post fejn ħafna żgħażagħ jitgħallmu u jifformaw ruħhom biex ikunu s-saċerdoti tal-ġejjieni. Importanti ħafna li nitolbu għas-seminaristi u dawk li jmexxi s-Seminarju. Inħeġġu ħalli nkunu ġenerużi magħhom bl-offerti tagħna.
Ir-reunion li kellha ssir illum 14 ta’ Marzu mill-membri bniet tal-MUSEUM issa se ssir nhar il-Ħadd li ġej 21 ta’ Marzu fl-10.00 a.m. Din il-laqgħa tkun tinkludi quddiesa.
Nhar il-Ħadd li ġej se ssir il-festa tal-Lunzjata fil-Kappella ta’ Ħal Millieri. Fl-10.00 a.m. issir quddiesa.
Il-Kummissjoni Edukazzjoni u Kultura tal-parroċċa, se torganizza harga ghall-Muzew Marittimu l-Birgu nhar l-Erbgha 24 ta’ Marzu. Bookings sa nhar l-Erbgha. Aktar dettalji fin-notice boards.
Nitolbu għall-ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Carmelo Zammit, Joe Abdilla, Carmelo Bellizzi, John Ellul u Tony Gauci. Agħtihom...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 4 days ago
38 weeks 6 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago