Messagg ta' l-Arcipriet

F'dan iż-żmien qaddis tar-Randan, kultant noqgħod naħseb kemm lil Mulej neħduh biċ-ċajt. Wara kollox illum donnu hekk sirna! Donnu qed ngħixu fil-kultura tal-avventura u tar-riskju mhux kalkulat. Nagħmlu dak li jiġina f'moħħna dak il-ħin! Anke lill-Mulej ukoll hekk qed nagħmlulu...neħduh biċ-ċajt.

Ejja ma nkomplux!

Għalhekk qed inpoġġi quddiemkom dawn il-ħsibijiet:

'Għaziz, tixrobx meta se ssuq. Għadek m'intix lest li tiltaqa miegħi'. Alla, Ħabibek.

'Timmaġina xi jkollok tħallas għall-arja  li qed tieħu kieku minfloki kien xi ħadd ieħor jipprovdihielek?' Alla, ħabibek.

'Jiena bqajt rieqed dalgħodu u ma rajtx is-sbuħija ta' tlugħ ix-xemx, tinkwetax, għada noħloq ieħor għalik'. Alla, ħabibek.

'Għaliex taħseb li inti kapaċi tibni ħajtek waħdek. Għadni niftakarni  insawrek minn ftit tafal il-ġmiel tiegħu'. Alla, ħabibek

'Jekk taħseb li Mona Lisa hi tal-għaġeb, agħti daqqa t'għajn il-kapolavur li għamilt jien... Ħares fil-mera! Alla, ħabibek.

'Għalija int l-isbaħ kreatura li teżisti fl-univers. Orrajt, naf li jien preġudikat bħal kull omm oħra!' Alla, ħabibek.

'Liema kmandament li tajt lil Mose' għadek ma tistax tifhem?' Alla, ħabibek.

'Għandna bżonn nitkellmu ftit, int u jien!' Alla, ħabibek

' U dik li tħobb il-proxxmu tiegħek, għedthielek bis-serjeta' kollha, tafx!' Alla, ħabibek.

'It-triq ta' ħajtek agħżilha int... imma trid li nimxiha miegħek?' Alla, ħabibek.

'X'nista' nagħmel aktar biex forsi tagħti kasi? Nibgħatlek e mail?' Alla, ħabibek.


« July 2010 »
MonTueWedThuFriSatSun
1234
567891011
12131415161718
19202122232425
262728293031

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Taf x'inhi l-Unita' Pastorali?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)