6 u 7 ta’ Marzu 2010-03-06
Matul din il-ġimgħa se jkompli l-programm tal-eżerċizzi fil-parroċċa bl-eżerċizzi fil-kappella tan-Nigret u l-kappella ta’ Bubaqra. Dawn se jitmexxew minn Mons Carmelo Zammit. Fil-5.30 p.m. Mons Zammit se jkun dispost għall-qrar fil-kappella tan-Nigret u fis-6.00 p.m. jibdew il-priedki ta’ l-eżercizzi. Fis-7.00 p.m. issir quddiesa bil-priedka fil-kappella ta’ Bubaqra.
Nhar it-Tlieta se ssir laqgħa għal dawk li jqassmu l-magazine FLIMKLIEN. Il-laqgħa tkun fis-6.30 p.m. fl-Oratorju tal-Knisja. Inħeġġu lid-distributuri ħalli ma jonqsux.
Infakkru lit-tfal kollha tal-parroċċa fil-karus ta’ mħabba. Il-flus li jitpoġġew f’dan il-karus se jingħataw lis-sorijiet tan-Nigret li qed jieħdu ħsieb numru ta’ tfal u adoloxxenti. Il-karus se jinġabar nhar il-Ħamis 18 ta’ Marzu waqt quddiesa li se ssir fil-knisja parrokkjali fil-5.00 p.m.
Nhar is-Sibt li ġej il-quddiesa fil-knisja parrokkjali se titmexxa minn Dun Mario Mifsud kappillan tal-Qrendi, filwaqt li l-Arċipriet se jqaddes fil-quddiesa ta’ filgħaxija fil-parroċċa tal-Qrendi. L-iskop ta’ dan huwa biex il-kappillani ta’ l-Unita jagħtu għajununa lil xulxin u fl-istess ħin ikollna saċerdot barrani ieħor għall-qrar.
Nhar is-Sibt li ġej se ssir l-adorazzjoni għall-qdusija tas-saċerdoti u talb għall-vokazzjonijiet. L-adorazzjoni did-darba se ssir fil-parroċċa ta’ l-Isla u tibda fl-9.45 p.m. bil-quddiesa.
Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se jsir bejgħ ta’ kejkijiet u ħelu b’risq il-fond ‘Puttinu Cares’. Nhar is-Sibt dan il-bejgħ se jsir fis-sala tal-knisja ta’ Bubaqra u nhar il-Ħadd fuq iż-żuntier tal-knisja. Jekk it-temp ma jkunx jippermetti, dan il-bejgħ isir fl-Oratorju tal-knisja parrokkjali.
Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Marzu, se ssir ġurnata eżerċizzi għall-adoloxxenti. Dawk l-adoloxxenti li huma interessati li jattendu għal din il-ġurnata huma mitluba jimlew applikazzjoni fis-sagristija jew iniżżlu din il-formola minn fuq is-site tal-parroċċa jew taż-zakzurrieq.
Dawk li jixtiequ jerfgħu jew ikunu forċina fil-vara tad-Duluri din is-sena huma mitluba jieħdu applikazzjoni mill-Uffiċċju Parrokkjali. Dawn il-formoli għandhom jinġiebu lura fl-uffiċċju Parrokkjal sa nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Marzu. Dawk li japplikaw għandhom jintrabtu li jarmaw il-vara qabel il-pellegrinaġġ u jerġgħu idaħħluha f’postha l-għada tal-pellegrinaġġ.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Carmela Zahra, Rokku Schembri, Nazzareno Zerafa u Pawlu Busuttil. Agħtihom...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 2 days ago
36 weeks 3 days ago
37 weeks 6 days ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago