27 u 28 ta' Frar 2010 - it-Tieni Ħadd tar-Randan Sena C

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

27 u 28 ta’ Frar 2010

Għada it-Tnejn se jibdew l-eżerċizzi fil-parroċċa tagħna. Fit-8.30a.m. isiru l-eżerċizzi għan-nisa. Dawn se jitmexxew minn Dun Joe Cilia, Kappillan ta’ Ħal Safi. Fit-8.00 p.m. se jibdew laqgħat ma’ Kristu għaż-żgħażagħ u koppji għarajjes. Dawn se jsiru fiċ-Ċentru Pastorali u se jitmexxew minn Fr John Curmi. Is-suġġett se jkun: ‘Mulej għand min tridna mmorru?’ Inħeġġu liż-żgħażagħ u għarajjes ħalli jattendu għal dawn il-laqgħat.

Għada wkoll se ssir laqgħa oħra tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Il-laqgħa din id-darba se ssir fl-Oratorju u tkun fis-7.00 p.m.

Navżaw ukoll li din il-ġimgħa mhux se ssir duttrina fil-MUSEUM tal-bniet minħabba li l-membri bniet tal-MUSEUM  se jkollhom l-eżerżizzi.

Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa oħra ta’ formazzjoni għat-terzjarji u devoti tal-Madonna tal-Karmnu. Din il-laqgħa tkun fil-5.00 p.m. Fratelli prospettivi fil-fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu għandhom jattendu.

Nhar l-Erbgħa wkoll se ssir laqgħa ta’ talb fil-knisja ta’ Bubaqra fis-6.30 p.m. Kulħadd huwa mistieden.

Nhar il-Ħamis il-Grupp ta’ l-Anzjani se jorganiżża laqgħa oħra għall-anzjani fl-Oratorju. Din id-darba il-laqgħa tibda fid-9.15 a.m. u se tmexxi Miss M’Anne Massa bis-suġġett : Kif tevita l-mard tal-Kanċer.

Nhar il-Ħamis ukoll se ssir ġurnata adorazzjoni fis-Seminarju. L-adorazzjoni tagħlaq fis-6.30 p.m. bis-sehem tas-seminaristi. Dawk li se jattendu għal din l-adorazzjoni infakkruhom li se jkun hemm it-trasport li jitlaq mill-venda fis-5.45 p.m.

Nhar il-Ħamis il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar ta’ Frar li huma: Emanuel Polidano, Catherine Goulding, Gużeppa Saliba u Giovanna Farrugia. Il-quddiesa tkun fis-6.00 u għalhekk inħeġġu lill-familjari biex jattendu.

Ilu ħafna jinħass il-bżonn li l-parroċċa tagħti iktar support lil nisa romol speċjalment dawk li huma żgħar fl-eta. Għalhekk nhar il-Ġimgħa se ssir l-ewwel laqgħa għal din il-kategorija ta’ romol. Din il-laqgħa se tkun fis-7.00 p.m. fid-Dar ta’ l-Arċipriet.

Nhar il-Ġimgħa wkoll wara l-adorazzjoni li ssir fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar se ssir laqgħa għall-animaturi kollha tal-quddies. L-iskop ta’ din il-laqgħa huwa biex l-animaturi jitgħallmu kant ġdid għall-quddies u għal ċelebrazzjonijiet oħra li jsiru fil-parroċċa. Din il-laqgħa tkun fil-knisja parrokjali.

Nhar is-Sibt il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun animata mill-Grupp ta’ l-Abbatini tal-parroċċa

Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se jkollna fostna il-mobile unit għall-għoti tad-demm. Għalhekk illum fil-knisja parrokjali hemm voluntiera ħdejn il-bibien tal-knisja lesti biex jieħdu l-appuntamenti tagħkom. Nagħmlu appell lil dawk li jħossuhom b’saħħithom biex ikunu ġenerużi u jagħtu dan ir-rigal hekk prezzjuż u importanti.

Nhar il-Ħadd li ġej il-Kummissjoni Familja se torganiżża ġurnata seminar għall-familja. Dan is-seminar se jsir fiċ-Ċentru Pastorali tal-Għargħur u jibda fid-9.30 a.m . Se jmexxi dan is-seminar Dun Pawl Camilleri, Councellor fil-Moviment ta’ Kana. Is-suġġett tas-seminar se jkun : Meta ma naqblux! Nistiednu bil-qalb lill-koppji miżżewġin speċjalment koppji żgħażagħ għal dan is-seminar. Se jkun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.

Nitolbu għal oħtna Giovanna Farrugia li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtiha...

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)