20 u 21 ta’ Frar 2010
Nerġgħu infakkru li għada (illum) fl-10.00 se ssir il-laqgħa ġenerali tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu. Għal din il-laqgħa, li se tkun fiċ-ċentru Pastorali, huma mistiedna wkoll il-konsorelli.
Għada it-Tnejn se ssir laqgħa oħra tal-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Griżma ta’ l-Isqof din is-sena. Bħas-soltu dawn il-laqgħat ikunu fiċ-Ċentru Pastorali fid-9.00 a.m. u fis-7.15 p.m. Se jmexxi dawn il-laqgħat is-Superjur Gużi Sammut.
Nhar il-Ġimgħa se ssir siegħa adorazzjoni fil-kappella ta’ San Ġakbu. L-adorazzjoni tibda fis-6.30 p.m. u se titmexxa mit-terzjarji karmelitani, il-Grupp Mixja ta’ Fidi u l-Azzjoni Kattolika.
Nhar il-Ġimgħa wkoll il-Kummissjoni Parrokkjali Familja se torganiżża laqgħa ta’ formazzjoni għall-familja. Is-suġġett tal-laqgħa se jkun ‘Il-valur tal-maħfra bejn il-koppja u fil-familja’. Il-laqgħa se tkun fis-7.30 p.m. fil-MUSEUM tal-bniet. Għal dawk li m’għandhomx ma’ min iħallu t-tfal, se jkun hemm servizz ta’ ‘child minding’ għalhekk inħeġġu iktar koppji, speċjalment żgħażagħ u għarajjes biex jattendu għal din id-diskussjoni.
Is-Soċjeta’ tad-Duttrina Nisranija MUSEUM, permezz tal-Bookshop - Librerija Preca li għandha fil-Blata l- Bajda, qed torganizza “Fiera tal-Ktieb” li ser issir bejn it-Tlieta 23 u s-Sibt 27 ta’ Frar 2010 fil-Librerija Preca stess. Matul din il-ġimgħa ser ikun hemm diversi laqgħat u attivitajiet għal kategoriji differenti skond l-eta’. Għandha sservi wkoll biex nitħajru nixtru kotba b’tema reliġjuża bi prezzijiet imraħsa. Għal aktar informazzjoni tistgħu taraw il-poster li hemm fuq in-notice board jew tkellmu lil xi membru tal-MUSEUM.
Nitolbu għal ħutna Catherine Goulding u Ġużeppa Saliba li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtihom...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 4 days ago
38 weeks 3 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago