13 u 14 ta' Frar 2010 - is- 6 Ħadd matul is-sena C

13 u 14 ta’ 2010

 

Għada it-Tnejn se jsiru laqgħat oħra għall-ġenituri tat-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena. Bħas-soltu dawn il-laqgħat ikunu fiċ-Ċentru Pastorali fid-9.00 a.m. u fis-7.15 p.m. Nagħmlu sejħa speċjali lill-missirijiet tat-tfal ħalli jħossu li għandhom jattendu huma wkoll għal dawn il-laqgħat ta’ formazzjoni.

Nhar it-Tlieta se ssir laqgħa oħra organiżżata mill-Grupp Familji Bubaqra. Din il-laqgħa tkun fis-7.00 p.m. fis-Sala tal-Knisja ta’ Bubaqra u se jmexxi id-diskussjoni P. Djonisju Mintoff bis-suġġett: X’jgħaqqadna fil-Familja?

Nhar l-Erbgħa huwa Ras ir-Randan. Se nagħtu bidu għal dan iż-żmien qaddis li għandu jgħinna biex nagħmlu bidla fil-ħajja tagħna. Infakkru li nhar l-Erbgħa aħna lkoll obbligati li nsumu u ma nistgħux nieklu laħam. Fil-quddies kollu issir iċ-ċerimonja tat-tqiegħed ta’ l-irmied fuq rasna bħala sinjal ta’ ndiema ta’ dnubietna. Fil-4.45 p.m. se jkun hawn saċerdot barrani għall-qrar. Fis-6.00 p.m. fil-knisja parrokkjali issir quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-kor parrokkjali. Wara l-quddiesa isir il-pellegrinaġġ penitenzjali bil-kurċifiss. Dan il-pellegrinaġġ se jsir nhar l-Erbgħa minflok nhar il-Ġimgħa kif hemm fid-djarju u se jgħaddi minn dawn it-toroq: Santa Katarina, l-Imqabba, Vjal Blue Grotto, Dun Ġużepp Zammit, Misraħ Mattia Preti, P.P. Saydon u l-knisja fejn tingħata l-barka bil-Veru Linju. Inħeġġu lill-familji ta’ dawn it-toroq ħalli jixgħelu l-galeriji u t-twieqi tagħhom.

Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa oħra ta’ formazzjoni u informazzjoni għall-anzjani. Il-laqgħa tkun bħas-soltu fid-9.00 a.m. fl-oratorju tal-knisja u se titkellem Dr Elaine Zerafa, nutritionist, bis-suġġett: Dieta adattata għall-anzjani. Nistennew li jkun hemm iktar anzjani li jattendu.

Nhar il-Ġimgħa wara l-quddiesa ta’ Bubaqra se ssir Via Sagra fi Triq Santa Marija. Inħeġġu lill-familji taż-żona ta’ Bubaqra biex jattendu.

Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa oħra tal-grupp tas-separati fis-7.30 p.m. Din il-laqgħa tkun fid-dar ta’ l-Arċipriet. Persuni separati huma mistiedna biex jattendu.

Nhar il-Ħadd li ġej se ssir is-seduta ġenerali tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu. Il-laqgħa tibda fl-10.00 a.m. u se ssir fiċ-Ċentru Pastorali.

Il-Grupp Fund raising se jorganiżża żewġ attivitajiet f’ Marzu. Fl-10 ta’ Marzu se jsir coffee morning  u fit-12 ta’ Marzu pellegrinaġġ għar-Redentur ta’ l-Isla. Biljetti għal dawn iż-żewġ attivitajiet jinkisbu mingħand il-membri stess tal-grupp fund raising.

Matul dawn il-ġranet it-tfal tal-parroċċa se jingħatalhom il-Karus ta’ mħabba. L-iskop ta’ dan il-karus hu biex inħeġġu lit-tfal tagħna joffru xi ħaġa mill-flus tagħhom stess matul ir-Randan ħalli jingħataw karita’. Il-flus li jinġabru se jingħataw lis-sorjiet tan-Nigret li qed jieħdu ħsieb numru ta’ tfal. Inħeġġu lill-genituri ħalli jgħinu lil uliedhom f’dan l-att ta’ mħabba.

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)