6 u 7 ta’ Frar 2010
Għada (illum) fl-10.00 a.m. se ssir quddiesa bil-priedka fil-kappella ta’ Sant Agata. Din il-quddiesa qegħda ssir fl-okkazjoni tal-festa ta’ Sant Agata.
Nhar it-Tnejn se tkompli s-serje ta’ laqgħat fuq it-Tagħlim Socjali tal-Knisja. Infakkru li dawn il-laqgħat importanti, qed isiru fis-6.30 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi.
Il-quddiesa li kellha ssir nhar il-Ħamis li għadda għal dawk li mietu f’Jannar se ssir nhar it-Tlieta fil-quddiesa ta’ filgħaxija.
Nhar l-Erbgħa niċċelebraw il-festa solenni tal-Miġja ta’ San Pawl f’ Malta. Infakkru li aħna obbligati li nisimgħu il-quddies u għalhekk il-quddies ikun bħal dak tal-Ħadd. Nhar it-Tlieta il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-knisja parrokkjali tkun ta’ San Pawl. Fil-kappella tan-Nigret ikun hemm quddiesa fil-5.30 p.m. Fil-kappella ta’ Bubaqra jkun hemm il-quddiesa tas-soltu fis-6.30 p.m.
Nhar il-Ġimgħa is-seminarista Dillon Bugeja mill-parroċċa tagħna, flimkien ma’ sħabu s-seminaristi se jitolbu lill-Mons Arċisqof biex ikunu kandidati għad-Djakonat u għas-Saċerdozju. Dan se jsir waqt quddiesa li se ssir fil-Basilika ta’ l-Isla fis-6.30 p.m. Dawn is-seminaristi qed jistiednu lilna lkoll biex ningħaqdu magħhom u nitolbu għalihom f’din it-triq tagħhom lejn is-saċerdozju. Mill-parroċċa tagħna qed jiġi organiżżat transport li jitlaq mill-venda fil-5.15 p.m. Minħabba din iċ-ċerimonja, il-quddiesa fil-kappella ta’ Bubaqra tkun fis-7.30 a.m.
Nhar il-Ġimgħa wkoll se ssir laqgħa għaż-żgħżagħ 16 plus. Il-laqgħa se tkun bis-suġġett : L-Imħabba bluha? U ssir fiċ-ċentru pastorali fit-8.00 p.m. Nistiednu liż-żgħażagħ kollha għal din il-laqgħa.
Nhar is-Sibt se jsir tqassim ta’ għaġin, jam u zokkor. Dan it-tqassim isir bħas-soltu mill-garaxx ta’ l-Arċipriet fi Triq San Mikiel bejn id-9.00a.m. u nofsinhar. Jibbenefikaw minn dan it-tqassim huma dawk li huma intitolati għal xi wieħed mill-benefiċċji tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali.
F’April li ġej se jsir kors ieħor ta’ tħejjija għaż-żwieġ għall-għarajjes. Dan il-kors se jibda nhar il-Ġimgħa 9 t’April fis-7.15 p.m. Dawk l-għarajjes li jixtiequ jattendu għal dan il-kors għandhom jiġu personalment biex jimlew formola apposta mill-uffiċċju parrokkjali waqt il-ħin ta’ l-uffiċċju. Infakkru li l-għarajjes għandhom jagħmlu dan il-kors għallinqas sena u nofs qabel iż-żwieġ.
Nitolbu għal Emanuel Polidano li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtih...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 2 days ago
36 weeks 3 days ago
37 weeks 6 days ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago