6 u 7 ta' Frar 2010 - il- 5 Ħadd tas-sena C - Sajjieda tal-bnedmin

Tfal,

Kemm nieħu gost fis-sajf meta nkun qed ngħum il-Wied jew Għar Lapsi u nara xi dagħjsa dieħla bis-sajjied ġo fiha. In-nies li jkun hemm, iduru miegħu u jistaqsuh jekk qabadx ħut. Kultant ikun ferħan għax ikun qabad ħafna ħut imma ħafna drabi ma jkun qabad xejn jew ftit ħut.

Darba Ġesu kien ma' l-Appostli ħbieb tiegħu fuq id-dagħjsa. Imma dakinhar ma qabdux ħut. Ġesu qal lil Pietru : 'itfa' x-xibka n-naħa l-oħra tad-dagħjsa u taqbad. Pietru hekk għamel u tant qabad ħut li x-xibka kienet kważi tqattgħet. Ġesu qal lil Pietru: Minn issa 'l quddiem tkun taqbad in-nies'.

Tfal Ġesu wkoll qed jgħidilna biex nisimgħu mill-Kelma tiegħu u ngħixuha ħalli aħna wkoll bl-eżempju tajjeb tagħna inwasslu iktar tfal għand Ġesu.


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)