30 U 31 TA’ JANNAR 2010
Għada it-Tnejn se ssir laqgħa oħra tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.30 p.m. fiċ-ċentru Pastorali. Il-membri għandhom ikunu preżenti fil-ħin.
Bħalissa qed isiru żjarat tal-familja fiż-żona ta’ Bubaqra. It-toroq li qed isiru żjarat tal-familja bħalissa huma: It-Torri, Nardu Sacco, Morphou, Maria Faruge, Giswarda Calleja, Gio Batta Riccio, San Bastjan u Il-Minġel. Il-familji li se ssirilhom żjara issa ma jberkux fi tberik ta’ żmien-il Għid. F’Ottubru u Novembru se jsiru żjarat f’dawn it-toroq: It-Tin, GianMari’ Zammit u Żakkarija Roncali.
Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa ta’ formazzjoni għat-terzjarji u devoti tal-Madonna tal-Karmnu. Il-Laqgħa tkun fil-5.00 p.m. fiċ-ċentru Pastorali. Il-fratelli li beħsiebhom jipprofessaw fil-fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu għandhom jattendu għal din il-laqgħa.
Nhar l-Erbgħa wkoll se ssir laqgħa ta’ talb fil-knisja ta’ Bubaqra. Il-laqgħa tkun fis-6.30 p.m. u għaliha hu mistieden kulħadd.
Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa oħra tal-Grupp ta’ l-Anzjani fl-Oratorju fid-9.00 a.m. Se titkellem occupational therapist fuq il-kura tal-ġogi. Kif wieħed jista’ jara, dawn huma laqgħat ta’ interess kbir għall-anzjani u għalhekk inħeġġu biex iktar anzjani, irġiel u nisa jattendu għalihom.
Nhar il-Ħamis, il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar ta’ Jannar li huma: Katarina D’amato, Anthony Grixti, Carmela Schembri, Pawla Grixti, John Schembri, Martin Bugeja, Margerita Camilleri u Kitie Sammut. Il-familjari huma mistiedna biex jattendu għal din il-quddiesa li tkun fis-6.00 p.m.
Nhar il-Ħamis ukoll se ssir ġurnata adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi fis-Seminarju. L-adorazzjoni tagħlaq bil-quddiesa bis-sehem tas-seminaristi. Bħas-soltu mill-parroċċa tagħna jkun hawn it-trasport li jitlaq mill-venda fis-5.45 p.m.
Il-Kummissjoni Edukazzjoni u Kultura, se torganizza harga sal-Belt nhar il-Hamis 11 ta’ Frar. Se nimxu tul rapprezzentazzjoni tal-Assedju l-Kbir. Inkitbu l-Ufficcju Parrokkjali sat-Tlieta 9 ta’ Frar. Aktar dettalji fin-“notice board”.
Nhar it-Tlieta 16 ta’ Frar se jsir irtir ta’ ġurnata għand il-membri Ulied Marija Ewkaristika Ħaż Żebbuġ għat-terzjarji u devoti tal-Madonna tal-Karmnu. Min hu interessat ikellem lil Miss Carmen Farrugia.
Nerġgħu infakkru lil dawk il-koppji li għadhom ma ġabrux ir-ritratti tal-festa Familja li saret fl-okkazjoni tal-festa tas-Sagra Familja, għandhom jiġbru dawn ir-ritratti mill-Uffiċċju Parrokkjali.
Is-segretarjat Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ qed javża li t-tilqima kontra l-influenza AH1N1 qed tingħata lil kulħadd. Min irid jieħu t-tilqima jista’ jmur fi kwalunkwe ċentru tas-saħħa li qed joffru dan is-servizz b’xejn bejn is-2.00 u 8.00 p.m. inkluż il-Ħadd.
Nitolbu għal oħtna Kitie Sammut li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa.

L-Aħħar Kummenti (Forum)
25 weeks 2 days ago
27 weeks 1 hour ago
28 weeks 5 days ago
29 weeks 3 days ago
29 weeks 3 days ago
30 weeks 1 day ago
30 weeks 5 days ago
34 weeks 4 days ago
37 weeks 4 days ago
1 year 1 week ago