23 u 24 ta’ Jannar 2010
Nerġgħu infakkru li għada (illum) l-Ħadd fl-10.30 a.m. se ssir il-konsulta ġenerali tal-Fratellanza tal-S.S. Sagrament u tal-Qalb ta’Ġesu. Il-laqgħa tkun fiċ-Ċentru Pastorali.
Għada it-Tnejn se jibdew il-laqgħat tal-ġenituri li uliedhom se jirċievu l-Ġriżma ta’ l-Isqof din is-sena. Bħas-soltu il-laqgħat ikunu fid-9.00 a.m. u fis-7.15 p.m. fiċ-ċentru Pastorali. Infakkru fid-dmir tal-ġenituri li ma jonqsux.
Għada wkoll se jkomplu l-laqgħat fuq it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Il-laqgħa ta’ għada tkun fis-6.30 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali.
Navżaw li reġa’ fetaħ il-Mother & Baby Club ta’ Kana. Dan ikun kull nhar ta’ Tlieta u nhar t’Erbgħa bejn id-9.30 u 11.30 a.m. fiċ-Ċentru Pastorali ta’ Triq il-Karmnu. Jistgħu jattendu tfal bejn is-sena u nofs u tliet snin u t-t-tfal għandhom ikunu akkumpanjati minn xi ħadd adult.
Nhar il-Ħamis se ssir ġurnata adorazzjoni fis-Seminarju t’talb speċjali għall-vokazzjonijijet saċerdotali u reliġjuzi. L-adorazzjoni bħas-soltu tagħlaq fis-6.30 p.m. bis-sehem tas-seminaristi. Infakkru li t-transport jitlaq mill-venda fis-5.45p.m.
Il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq se jagħmel il-laqgħa pubblika annwali għaż-żona ta’ Bubaqra nhar il-Ħamis fil-5.30 p.m. fis-Sala tal-knisja ta’ Bubaqra.
Nhar il-Ġimgħa fis-6.30p.m. se ssir siegħa adorazzjoni fil-kappella ta’ San Ġakbu. L-adorazzjoni se tkun immexxija mill-Azzjoni Kattolika, il-Grupp Mixja ta’ Fidi u t-terzjarji karmelitani.
Nhar il-Ġimgħa wkoll il-Kummissjoni Parrokkjali Familja se torganiżża taħdita u diskussjoni għall-familja fis-7.30 p.m. fil-MUSEUM tal-bniet. Is-suġġett tad-diskussjoni huwa: ‘Addictions fil-familja’. Dan huwa suġġett li għandu jolqot lill-familji kollha u għalhekk kulħadd huwa mistieden.
Nhar il-Ħadd li ġej se ssir laqgħa u quddiesa għall-familja fl-Awditorium tal-MUSEUM bi Blata l-Bajda organiżżata mill-membri bniet tal-MUSEUM. Tluq mill-venda fit-8.30 a.m. u naslu lura fin-12.30 p.m. Dawk kollha li jixtiequ jattendu għandhom jagħtu isimhom lis-soċja Carmen Mifsud.
Il-quddiesa tal-Ħadd li ġej filgħaxija se tkun bl-intenzjoni speċjali ta’ ringrazzjament lil Alla f’egħluq l-20 sena mit-twaqqif u l-ħidma taż-ŻAK – Żgħażagħ Azzjoni Kattolika. Kull min kien membru għandu jattendi għal din il-quddiesa u wara għal-laqgħa soċjali fiċ-Ċentru taż-ŻAK fi Triq San Mikiel.
F’isem il-Caritas Malta nirringrazzjaw lil kulħadd għas-somma sabieħa li nġabret mill-parroċċa tagħna b’risq il-vittmi tat-terremot ta’ Haiti. Is-somma miġbura kienet ta’ €3553. Mill-ġdid grazzi lil kulħadd.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Pawla Grixti, John Scembri u Martin Bugeja. Agħtihom...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 2 days ago
36 weeks 3 days ago
37 weeks 6 days ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago