16 u 17 ta’ Jannar 2010
Matul dawn il-ġranet qed jitqassam id-djarju parrokkjali għas-sena 2010. Infakkru li d-djarju hi għodda importanti ħafna fl-ippjanar tal-parroċċa. Id-djarju fih ukoll informazzjoni dwar ħafna mill-attivitajiet li se jsiru din is-sena kif ukoll dati meħtieġa u informazzjoni oħra għall-bżonnijiet tal-familja kollha. Nieħdu din l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lil dawk kollha li għoġobhom jirreklamaw fid-djarju għal din is-sena. Id-djaru jitqassam b’xejn lil kull familja imma min jixtieq jagħmel offerta għall-ispejjes tiegħu jista jagħmel dan fl-envelope li qed jitqassm apposta.
It-tqarbin tal-morda għada it-Tnejn se jkun fl-inħawi tax-Xarolla u Taħt ir-Raħal.
Għada it-Tnejn ukoll se ssir laqgħa oħra tal-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina din is-sena. Infakkru li l-laqgħa tkun fid-9.00 a.m. u fis-7.15 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali. Infakkru li dawn huma laqgħat ta’ formazzjoni apposta għall-ġenituri.
Għada it-Tnejn ukoll se jibdew serje ta’ tliet laqgħat fuq it-Tagħlim Soċjali tal-Knisja. Dawn il-laqgħat huma organiżżati mill-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa u se jsiru fiċ-Ċentru Pastorali. Il-laqgħa ta’ għada se tkun fis-6.30 p.m. Mistieden kulħadd. Iktar informazzjoni tinsab man-notice boards tal-knisja.
Nhar it-Tlieta se ssir laqgħa oħra tal-Grupp Familji Bubaqra. Il-laqgħa tkun fis-7.00 p.m. bis-suġġett: L-Identita tal-qassis. Imexxi din il-laqgħa l-Arċipriet.
Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa oħra tal-Grupp ta’ l-Anzjani fid-9.00 a.m. Se titkellem it-tabiba Marija Sciberras bis-suggett : L-Anzjani u x-Xitwa.
Nhar il-Ħadd li ġej se ssir Konsulta Ġenerali tal-Fratellanza tas-S.S. Sagrament u tal-Qalb ta’ Ġesu. Il-laqgħa tkun fl-10.30 a.m. fiċ-Ċentru Pastorali. Hu fl-obbligu tal-fratelli li ma jonqsux.
Il-Kummissjoni Edukazzjoni u Kultura tal-Parrocca se torganizza kors basiku tal-kompjuter fl-użu tal-power point. Dan huwa kors interessanti ħafna u għal iktar dettalji araw in-notice boards tal-knisja.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa : Catherine D’Amato, Anthony Grixti u Carmela Farrugia. Agħtihom...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 4 days ago
38 weeks 3 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago