AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
9 u 10 ta’ Jannar 2010
Għada it-Tnejn it-tqarbin tal-morda se jkun fiż-żona ta’ Bubaqra.
Nhar it-Tlieta nhar l-Erbgħa u l-Ħamis l-Arċipriet se jkun nieqes mill-parroċċa għal tliet ijiem ta’ laqgħat fis-Seminarju tal-Arcisqof ir-Rabat flimkien mal-Kappillani Maltin. Is-suġġett tal-laqgħat se jkun il-Faqar Soċjali fil-parroċċi tagħna.
Nhar it-Tlieta il-Patrijiet Agostinjani se jagħmlu laqgħa maż-Żgħażagħ taż-ŻAK. Il-laqgħa tkun fil-ħin tas-soltu. Inħeġġu liż-żgħażagħ u adoloxxenti ħalli ma jonqsux.
Il-Grupp Fund raising se jorganiżża Coffee Morning nhar l-Erbgħa 3 ta’ Frar. Bħas-soltu il-biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-Grupp stess.
L-applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja fil-klassijiet tal-Kindergarten One, Kindergarten Two u Year One għas-sena 2010 se jkunu jistgħu jinġabru mis-segretarjat għall-Edukazzjoni, il-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana. Il-formoli ta’ l-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu mill-Kurja bejn għada it-Tnejn u nhar l-Erbgħa bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar u bejn it-3.00 p.m. u l-5.00 p.m. Tfal li japplikaw biex jidħlu fil-Kindergarten One dawk li twieldu fl-2007, Kindergarten Two dawk li twieldu fl-2006 u Year One dawk li twieldu fl-2005.

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 2 days ago
36 weeks 3 days ago
37 weeks 6 days ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago