AVVIŻI TAL-PARROĊĊA Għada it-Tnejn se jsir it-tqarbin tal-Morda fi Triq il-Kbira u Triq San Luqa. Għada it-Tnejn ukoll se ssir laqgħa oħra tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Il-laqgħa tkun bħas-soltu fiċ-ċentru Pastorali fis-7.30 p.m. Din il-ġimgħa il-parroċċa tagħna se tkun tifraħ u tirringrazzja lil Alla flimkien ma’ żewġ saċerdoti reliġjużi Zrieraq għall-grazzja ta’ l-Ordinazzjoni. Dawn ġew ordnati saċerdoti 25 sena ilu. Dawn huma Fr Joe Buttigieg, Franġiskan Kapuċċin u P. Rafel Abdilla, Agostinjan. Nhar it-Tlieta Fr Joe Buttiġieg se jmexxi quddiesa konċelebrata fil-knisja parrokkjali fis-6.00 p.m. Navżaw għalhekk li l-quddiesa ta’ Bubaqra nhar it-Tlieta tkun fis-7.30 a.m. minflok filgħaxija. Nhar l-Erbgħa mbagħad nifirħu flimkien ma’ P. Rafel Abdilla li bħalissa qed iwettaq il-ħidma tiegħu fl-Alġerija. Dawn iż-żewġ ħutna qed jistiednu lil kulħadd biex jingħaqad magħhom f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ radd-il ħajr lil Alla. Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa oħra ta’ formazzjoni għat-terzjarji u devoti tal-Madonna tal-Karmnu. Il-laqgħa tkun fil-5.00 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali. Membri ġodda fil-fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu għadhom jattendu għal din il-laqgħa. Nhar l-Erbgħa wkoll se ssir laqgħa ta’ talb fil-knisja ta’ Bubaqra. Il-laqgħa tkun fis-6.30 p.m. Nhar il-Ħamis 7 ta’ Jannar, il-grupp ta’ l-Anzjani se jorganiżża il-Party tal-Milied u tas-sena l-ġdida. Il-party se jkun fl-Oratorju fid-9.00 a.m. Nhar il-Ħamis ukoll se ssir ġurnata adorazzjoni fis-Seminarju b’talb speċjali għall-vokazzjoni saċerdotali u reliġjużi. L-adorazzjoni tagħlaq fis-6.30 p.m. bis-sehem tas-seminaristi. Bħas-soltu jkun hawn it-transport li jitlaq mill-venda fis-5.45 p.m. Nhar il-Ġimgħa l-adorazzjoni ta’ filgħaxija se tkun immexxija mill-patrijiet agostinjani. Nhar is-Sibt li ġej se ssir l-adorazzjoni għall-qdusija tal-kleru u talb għall-vokazzjonijiet fil-knisja tal-Lunzjata il-Birgu. L-adorazzjoni tibda fl-9.45 p.m. bil-quddiesa. Nhar is-Sibt li ġej se ssir quddiesa għal dawk il-koppji li ngħaqdu fis-sagrament taż-zwieġ matul is-sena li għaddiet. Il-quddiesa tkun fil-konkatidral ta’ San Ġwann fis-6.30 p.m. Infakkru li n-nisa ma jistgħux jidħlu fil-Konkatidral bi żraben bi tkakem irqaq u bil-ponta. Minn din is-sena se nintroduċu quddiesa oħra bis-sagrament tal-Magħmudija. Barra dawk li hemm fid-djarju parrokkjali se ssir quddiesa oħra tal-Magħmudija kull l-ewwel Ħadd tax-xahar fl-4.30 p.m. Navżaw li fl-uffiċċju parrokkjali hemm ir-ritratti tal-koppji li s-sena li għaddiet iċċelebraw l-10, 25, 50 u 60 anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Dawn ir-ritratt jistgħu jinġabru waqt il-ħin ta’ l-uffiċċju. F’isem id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi nixtiequ nirringrazzjaw lil kulħadd għas-somma sabieħa li nġabret fl-okkazjoni ta’ l-Open Day li saret fl-1 ta’ Jannar. Is-somma miġbura kienet ta’ €5100.

L-Aħħar Kummenti (Forum)
25 weeks 2 days ago
27 weeks 1 hour ago
28 weeks 5 days ago
29 weeks 3 days ago
29 weeks 3 days ago
30 weeks 1 day ago
30 weeks 5 days ago
34 weeks 4 days ago
37 weeks 4 days ago
1 year 1 week ago