L-Avvizi tal-parroċċa - Is-Sibt 26 u l-Ħadd 27 ta' Diċembru 2009 - Festa tal-Familja Mqaddsa

26  u 27 ta’ Diċembru 2009

 

Nhar il-Ħamis l-aħħar jum tas-sena se jkollna diversi saċerdoti barranin għall-qrar filgħodu u filgħaxija. Fil-5.30 p.m. fil-kappella tan-Nigret  issir quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla u fis-6.30 p.m. issir quddiesa ta’ ringrazzjament fil-kappella ta’ Bubaqra. Fil-quddiesa ta’ filgħaxija fil-knisja Parrokjali jitkanta t-Te Deum bħala ringrazzjament lil Mulej tal-grazzji kollha li tana matul din is-sena. Fit-8.00 p.m. tibda siegħa adorazzjoni sad-9.00 p.m. Inħeġġu ħafna lil kulħadd ħalli jattendi għal din l- adorazzjoni flimkien ma’ Ġesu fl-Ewkaristija. Sejħa speċjali nagħmluha lill-fratelli imseħbin fil-fratellanza tas-Sagrament u tal-Qalb ta’ Ġesu.

Nhar il-Ġimgħa, l-ewwel jum tas-sena l-ġdida, nibdewha flimkien ma’ Marija Omm Alla. Nitolbu ħafna għall-paċi fid-dinja. Infakkru li l-ħin tal-quddies ikun bħal dak tal-Ħadd. Dakinhar ma jsirx it-tqarbin tal-Morda. Il-morda li ssoltu jitqarbnu fl-ewwel Ġimgħa tax-xahar navzawhom li t-tqarbina se jkun il-Ġimgħa 8 ta’ Jannar.

Din is-sena wkoll ir-radju RTK se jorganiżża Kampanja b’risq id-Dar  tal-Providenza fis-Siggiewi. Il-qofol jintlaħaq nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Jannar, waqt Open Day li ssir fl-istess dar. Il-parroċċa tagħna bħas-snin l-imgħoddija hi mistiedna biex nagħmlu l-offerti tagħna b’risq id-Dar tal-Providenza li hi d-Dar ta’ Kulħadd. Għalhekk fil-knisja Parrokkjali hemm kaxxa taħt il-kwadru tal-Madonna tal-Grazzja biex fiha npoġġu l-offerti tagħna. Is-somma miġbura mbagħad tiġi ppreżentata mill-Arċipriet nhar l-1 tas-sena waqt trasmissjoni diretta fuq l-istazzjonijiet televisivi. Il-ġabra tas-sena l-oħra kienet ta’ €4000.

Nhar is-Sibt li ġej fil-quddiesa ta’ filgħaxija se ssir il-vestizzjoni ta’ l-abbatini fil-knisja Parrokjali. F’din iċ-ċerimonja l-abbatini tal-parroċċa. Iġeddu l-impenn tagħhom għal servizz tajjeb u qaddis fuq l-artal.

Nitolbu għal oħtna Marija Zammit li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtiha...

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)