19 u 20 Ta’ Diċembru 2009
Matul din il-ġimgħa tkompli n-novena tal-Milied. Għada it-Tnejn se jmexxu u janimaw il-quddiesa il-membri subien tal-MUSEUM.
Il-Ħamis 24 ta’ Diċembru ikollna saċerdoti barranin għall-qrar filgħodu u filgħaxija. Fis-6.00 p.m. issir quddiesa ta’ lejliet il-Milied fil-knisja Parrokkjali. Wara l-quddiesa issir il-konklużjoni tal-purċissjoni tal-Bambin immexxija mill-membri tal-MUSEUM. Fit-8.30p.m.fil--knisja ta’ Bubaqra jibda programm ta’ Għanjiet tal-Milied, fid-9.15 p.m. pageant imtella’ mit-tfal u fl-10.00 p.m. quddiesa ta’ lejliet il-Milied. Fil-Kappella tan-Nigret fid-9.00 p.m. isir pageant, il-priedka tat-tifel u fl-10.00 p.m. quddiesa ta’ lejliet il-Milied. Fil-knisja parrokkjali fil-11.00 jibda musical tal-Milied u f’nofs il-lejl issir it-translazzjoni tal-Bambin tal-Milied, issir il-priedka djalogata bejn tifel u tifla u quddiesa konċelebrata solenni tal-Lejl tal-Milied.
Nhar il-Ġimgħa il-Milied imqaddes niċċelebraw is-solennita tat-Twelid ta’ Ġesu fostna l-bnedmin. Infakkru l-ħin tal-quddies ikun bħal dak tal-Ħadd.
Is-Sibt 26 u l-Ħadd 27 ta’ Diċembru issir il-Festa tal-Familja Mqaddsa. Fil-quddiesa tas-Sibt filgħaxija fil-knisja parrokkjali nifirħu mal-koppji għalqu 10 snin miżżewġin u l-Ħadd 27 ta’ Diċembru fil-quddiesa ta’ figħaxija nifirħu mal-koppji li għalqu 25, 50 u 60 sena miżżewġin. Il-koppji għandhom iġibu magħhom iċ-ċurkett taż-żwieġ ħalli matul il-quddiesa isir it-tiġdid tal-wgħediet taż-żwieġ nisrani.
Id-distributuri ta’ Kliem-il Ħajja huma mitluba jiġbru l-kotba ta’ Kliem-il Ħajja mill-Uffiċċju Parrokkjali.
Navżaw li l-Mother & Baby Club ta’ Kana se jkun magħluq matul il-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-sena. Il-playgroup jerġa jiftah f’Jannar u jibqa’ sejjer sa Ġunju. Infakkru li l-playgroup hu miftuħ għal tfal bejn is-sena u nofs u tlett snin.
In-numru rebbieh fil-lotterija tal-presepju huwa : 53, kulur roża, serje JKL. In-numru rebbieh jinsab fin-notice board tal-knisja parrokkjali.

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 5 days ago
38 weeks 21 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 21 weeks ago
1 year 21 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 4 days ago