AVVIŻI TAL-PARROĊĊA
12 u 13 ta’ Diċembru 2009
Nhar it-Tlieta nagħtu bidu għan-novena tal-Milied. In-novena huma disat ijiem bi tħejjija għall-festa qaddisa tal-Milied. L-Għaqdiet u l-Movimenti tal-parroċċa se jieħdu ħsieb il-liturġija tan-novena filwaqt li fil-quddiesa wkoll issir omelija qasira marbuta mal-qari tal-ġurnata. Tkun ħaġa tassew qaddisa jekk in-novena issir ukoll fil-familji.
Nhar il-Ħamis fil-5.30 p.m. il-membri bniet tal-MUSEUM se jagħmlu l-premjazzjoni fil-knisja parrokkjali u fis-6.00 p.m. janimaw il-quddiesa tan-novena tal-Milied.
Nhar il-Ħamis ukoll il-GRUFAN Bubaqra se jagħmlu quddiesa u adorazzjoni fil-kappella ta’ Bubaqra. Il-quddiesa tkun fis-6.30 p.m. u l-membri tal-Grufan qed jistiednu lill-familji kollha li joqgħodu fiż-żona ta’ Bubaqra biex jieħdu sehem.
Nhar il-Ħadd li ġej se jsir it-tberik tal-Bambini tal-Milied fil-quddiesa tad-9.30 a.m. Inħeġġu lit-tfal kollha biex iġibu l-Bambini magħhom ħalli jitbierku fl-aħħar tal-quddiesa. L-iskop ta’ din iċ-ċelebrazzjoni hu biex nerġggħu insibu post għall-Bambin fiċ-ċelebrazzjoni tal-Milied Nisrani.
Il-Moviment ta’ Kana se jerġa jorganiżża diversi korsijiet bi preparazzjoni għaż-żwieġ għall-għarajjes. Fuq in-notice boards tal-knisja hemm il-programm kollu ta’ fejn se jsiru dawn il-korsijiet. Infakkru lill-għarajjes li l-kors ta’ Kana għandu jsir għallinqas sena u nofs qabel iż-żwieġ.

L-Aħħar Kummenti (Forum)
25 weeks 2 days ago
27 weeks 1 hour ago
28 weeks 5 days ago
29 weeks 3 days ago
29 weeks 3 days ago
30 weeks 1 day ago
30 weeks 5 days ago
34 weeks 4 days ago
37 weeks 4 days ago
1 year 1 week ago