Is-Sibt u l-Ħadd 5 u 6 ta' Diċembru 2009 - it-Tieni Ħadd ta' l-Avvent Sena C

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

5 u 6 ta’ Diċembru 2009

 

Għada it-Tnejn 7 ta’ Diċembru se ssir laqgħa oħra tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Il-laqgħat tkun fis-7.30 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali

Nhar it-Tlieta niċċelebraw is-Solennita tal-Immakulata Konċezzjoni. Għalkemm mhux obbligu tal-quddies, jixraq li nqaddsu dan il-jum bil-quddiesa. Il-ħin tal-quddies ikun bħal dak ta’ fost il-ġimgħa. Wara l-quddiesa tat-8.00 a.m. tfal mill-Moviment tal-Fokolari se jkunu ħdejn il-bibien tal-knisja biex ibiegħu il-bambini.

NHAr it-Tlieta wkoll issir il-festa tal-Kunċizzjoni fil-Kappella ddedikata lilha fin-Nigret. Għalhekk se jsir dan il-programm. It-Tnejn 7 ta’ Diċembru jsir quddies fis-6.45 a.m. u quddiesa kantata fil-5.30 p.m. It-Tlieta Jum il-festa fis-6.15 a.m. tifħir ta’ sbih-il jum u fis-6.45 a.m. quddiesa bl-omelija mill-Arċipriet. Fil-5.00 p.m. rużarju u kant ta’ Salve Reġina. Fil-5.30 p..m. quddiesa kantata bil-paniġierku minn Fr Glen Buhagiar. Navżaw li matul dawn il-ġranet ikollna saċerdot barrani għall-qrar.

Il-Grupp Nisa Romol tal-parroċċa se joffri l-quddiesa ta’ filgħaxija nhar it-Tlieta b’suffraġju ta’ żwieġhom mejtin.

Is-superjur tal-MUSEUM  jixtieq javża li minħabba li nhar it-Tlieta hija l-festa ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni, dakinhar ma ssirx duttrina għat-tfal minn yr 1 sa yr 5.

Nhar il-Ħamis 10 ta’ Diċembru se ssir laqgħa oħra tal-Grupp ta’ l-Anzjani. Il-laqgħa tkun bħas-soltu fl-Oratorju u tibda fid-9.00 a.m. se jitkellem is-Superjur Ġużi Sammut. Is-suġġett se jkun : Kristu f’Ħajjitna.

Minn nhar it-Tnejn 7 ta’ Diċembru se jerġa jibda it-trasport tat-tfal għad-duttrina. Dawk il-ġenituri li applikaw għat-trasport  għandhom jikkuntattaw lis-superjur u lis-superjura tal-MUSEUM  biex jieħdu iktar dettalji.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa : Ċikku Borg u Kalanġ Gauci. Agħtihom...


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)