28 u 29 ta' Novembru 2009 - l-Ewwel Ħadd ta' l-Avvent Sena C

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

28 u 29 ta’ Novembru 2009

 

Se ssir laqgħa ta’ formazzjoni għat-Terzjarji Karmelitani, fratelli u devoti tal-Madonna tal-Karmnu nhar l-Erbgħa 2 ta’ Dicembru fil-5.00 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali.

Is-Superjura tal-MUSEUM  tixtieq tavża li se jsir rehearsal tal-play-musical tal-Lejl tal-Milied li se jsir fil-knisja Parrokkjali. Dan ir-rehearsal se jsir nhar l-Erbgħa 2 ta’ Diċembru bejn is-7.00 u t-8.00 p.m. fil-MUSEUM tal-bniet.

Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa oħra tal-Grupp ta’ l-Anzajni tal-Parrocca. Il-laqgħa tibda fid-9.00 a.m. fl-Oratorju tal-knisja. Se titkellem in-nutara Magda Bartolo Parnis u s-suġġett se jkun : Il-Liġi tal-Kera. Inħeġġu biex iktar anzjani jattendu għal dawn il-laqgħa li huma importanti ħafna għalihom.

Nhar il-Ħamis ukoll se ssir ġurnata adorazzjoni fis-Seminarju b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi. L-adorazzjoni tagħlaq bil-quddiesa bis-sehem tas-seminaristi. Infakkru li t-transport jitlaq mill-venda fis-5.45 p.m. Inħeġġu lil kull min jista’ biex jattendi speċjalment dawk il-familji li nkitbu fil-proġett ta’ l-istola.

Nhar il-Ħamis ukoll se ssir laqgħa għall-persuna separati. Il-laqgħa tkun fis-7.30 p.m. u se jmexxi din il-laqgħa Dr Claudio Żammit.  Il-laqgħa tkun fid-Dar ta’ l-Arċipriet.

Nhar il-Ħamis ukoll il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar ta’ Novembru li huma: Mikiel Cilia, Rita Mifsud, Pawla Caruana, Joseph Mamo, Maria Farrugia, Noel Cauchi u Guzeppa Mallia. Inħeġġu biex il-familjari ikunu preżenti għall-quddiesa li tibda fis-6.00 p.m.

Nhar il-Ħadd 6 ta’ Diċembru il-fratellanza tas-Sagrament u tal-Qalb ta’ Ġesu se tmexxi adorazzjoni fil-Kappella ta’ San Ġakbu. L-adorazzjoni tibda fid-9.15 a.m. Infakkru li huwa fid-dmir tal-fratelli li jattendu għal din l-adorazzjoni.

Il-Grupp Fund raising se jorganiżża Coffee Morning nhar l-Erbgħa 9 ta’ Diċembru. Il-biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-Grupp stess.

Bħalissa qed jitqassam il-magazine ‘Flimkien’ u f’din il-ħarġa hemm ir-rendikont tad-dħul u l-ħruġ kollu tal-parroċċa  għas-sena 2008. Mal-magazine qed titqassam ukoll sticker kalamita bħala tifkira u awguri tal-Milied. Għandna bżonn xi nies biex jgħinu fit-tqassim tal-magazine speċjalment fiż-żona tan-Nigret. Min hu lest li jgħin fit-tqassim jista’ jkellem lis-Sorijiet tal-Qalb ta’ Gesu fin-Nigret. Nisperaw li nsibu nies li jagħtu din l-għajnuna biex jiġrix li l-magazine jispiċċa ma jitqassamx.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Gużeppa Mallia u Joseph Mamo.


« July 2010 »
MonTueWedThuFriSatSun
1234
567891011
12131415161718
19202122232425
262728293031

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Taf x'inhi l-Unita' Pastorali?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)