21/22 ta’ Novembru 2009 – Solennita ta’ Krstu Re
Filwaqt li nkomplu biċ-ċelebrazzjoni tas-Solennita’ ta’ Kristu Sultan infakkru li llum se ssir ċelebrazzjoni Djoċesana fil-parroċċa San Gorg Preca fis-Swatar. Dawk li se jiġu għal din iċ-ċelebrazzjoni infakkruhom li t-transport jitlaq mill-venda fit-3.15 p.m.
Minħabba ċ-ċelebrazzjoni Djoċesana ta’ Kristu Re, (għada) lllum mhix se ssir il-laqgħa ta’ tagħlim fil-kappella tan-Nigret u fil-kappella ta’ San Ġabku. Dawn il-laqgħat jitkomplew il-Ħadd li ġej.
Infakkru wkoll li nhar l-Erbgħa niċċelebraw il-festa liturġika ta’ Santa KatarinaV.M. u għalhekk illum, għada u nhar it-Tnejn huma jiem ta’Tridu bi tħejjija għal din is-solennita’. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija tingħad il-kurunella, innu antifona u barka sagramentali. Nhar it-Tlieta issir it-Translazzjoni tar-relikwija, għasar u fis-6.00 p.m. quddiesa u barka sagramentali. Għalhekk navżaw li nhar it-Tlieta, il-quddiesa fil-kappella ta’ Bubaqra tkun fis-7.30 a.m. Nhar l-Erbgħa fil-5.30 p.m. għasar u fis-6.00 p.m. quddiesa konċelebrata bil-paniġierku minn P. Pawl Aquilina, Agostinjan. Wara l-quddiesa issir purċisjsoni fil-knisja, bews tar-relikwija, resposizzjoni tar-relikwija u barka sagramentali. Navżaw li nhar it-Tlieta u nhar l-Erbgħa se jkollna saċerdot barrani għall-qrar mill-4.45 p.m. il-quddiem.
Għada it-Tnejn se jsiru laqgħat oħra għall-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina is-sena li ġejja. Infakkru li dawn il-laqgħat isiru fiċ-Ċentru Pastorali fid-9.00 a.m. u fis-7.15 p.m. Se jmexxi dawn il-laqgħat Fr Glen.
Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa oħra ta’ formazzjoni għall-animaturi tal-quddies, letturi, ministri straordinarji tat-tqarbin, dawk li jieħdu ħsieb il-liturġija tat-tfal u l-Grupp Santa Marta. Din il-laqgħa se ssir fis-7.00 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali u se jmexxi Fr Brandon Gatt. Infakkru li huwa fl-obbligu li min qed jagħti sehmu fil-liturġija fil-parroċċa jattendi għal din il-laqgħa.
Se ssir siegħa adorazzjoni fil-kappella ta’ San Ġakbu nhar il-Ġimgħa 27 ta’Novembru fis-6.30 p.m. u se titmexxa mill-Grupp Mixja ta’ Fidi, Azzjoni Kattolika u Terzjarji Karmelitani.
Se jsir nofs ta’ nhar Irtir għat-Terzjarji Karmelitani, fratelli u devoti tal-Madonna tal-Karmnu nhar it-Tlieta 1 ta’ Diċembru għand is-Sorijiet ta’ St. Joseph ir-Rabat. Min jixtieq jattendi għandu jkellem lil Miss Carmen Farrugia sa nhar il-Ħadd li ġej.
Hi x-xewqa tal-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa li tagħti servizz ta’ councelling u servizzi oħra li dawk mill-parroċċa tagħna li jkollhom bżonn. Dan is-servizz għandu jingħata b’mod professjonali. Għalhekk qed nistiednu councellors, social workers, psychologists, pyschoterapists, tobba, avukati u professjonisti oħrajn biex jagħtu s-servizzi tagħhom. Dawk li jixtiequ jgħinu f’din il-ħidma għandhom jikkuntattjaw lill-Arċipriet jew xi wieħed mis-saċerdoti tal-parroċċa.
Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej huwa l-Ewwel Ħadd ta’ l-Avvent u għalhekk nagħtu bidu għas-sena Liturġika. Qabel il-quddies titbierek il-girlanda ta’ l-Avvent.
Navżaw li min nhar is-Sibt u kull nhar ta’ Sibt se jibda jkollna saċerdot barrani għall-qrar mill-4.30 p.m. il-quddiem.
Il-Kunsill Lokali taż-Żurrieq qed jistieden lil kulħadd għal attivita imsejħa ‘Zurrico Notte Barocca’ li se ssir fostna nhar is-Sibt li ġej mit-8.00 p.m. ‘l quddiem. Din hi attivita’ fejn dawk preżenti jgħixu mill-ġdid il-ħajja fiż-żmien Barokk fiż-Żurrieq. Id-dettalji kollha ta’ dawn l-attivitajiet jinsabu man-notice boards tal-knisja.
Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Pawla Caruana, Samuel Attard Montalto u Noel Cauchi. Agħtihom...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 4 days ago
37 weeks 6 days ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago