14 / 15 ta’ Novembru 2009
Matul dawn il-ġimgħat qegħdin isiru iż-żjarat tal-familji mis-saċerdoti tal-parroċċa. Iz-zjarat qegħdin isiru f’dawn it-toroq fiż-żona ta’ Bubaqra: L-Imtali, San Ċiru, Arċipriet Emanuel Mifsud, L-Iskulturi Fabri, Santa Fawstina, San Porfirju. Il-famlji se jiġu avzżti b’ittra apposta.
Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa oħra għat-tfal u adoloxxenti li qed jattendu l-laqgħat tal-vokazzjonijiet. Il-laqgħa tkun fil-5.00 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali.
Nhar il-Ħamis u nhar il-Ġimgħa huma jiem importanti ħafna għall-parroċċa tagħna għaliex matul dawn il-jumejn se ssir l-Assemblea Parrokkjali. Fl-ewwel ġurnata se jingħata rendikont tal-ħidma tal-kummissjonijiet parrokkjali matul din is-sena u ssir diskussjoni fuqhom. Il-Ġimgħa mbagħad issir diskussjoni fuq l-Unita’ Pastorali. Il-laqgħat ta’ l-Assemblea se jsiru fil-MUSEUM tal-bniet bejn is-7.00 u d-9.30 p.m. Infakkru lill-għaqdiet kollha biex matul il-ħin ta’ l-Assemblea ma jagħmlux laqgħat ħalli jkunu jistgħu jattendu.
Nhar is-Sibt li ġej se jsir tqassim ta’ ħalib, yoghurt, irkotta u jam. Dan it-tqassim se jsir bejn id-9.00 a.m. u nofsinhar bħas-soltu mill-garaxx tad-dar ta’ l-Arċipriet. Importanti li min hu intitolat għal dawn l-affarijiet iġib miegħu il-formola mid-dipartiment tas-servizzi socjali.
Nhar is-Sibt, il-Ħadd u t-Tnejn 21,22, u 23 ta’ Novembru huma jiem ta’ Tridu bi tħejjija għall-Festa Liturġika ta’ Santa Katarina. Wara l-quddiesa ta’ filgħaxija tingħad il-kurunella, innu antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Nhar il-Ħadd niċċelebraw is-Solennita’ ta’ Kristu Re u għalhekk tiġi fi tmiemha is-Sena Liturġika. Fl-4.00 p.m. se ssir ċelebrazzjoni li tikkonsisti f’kant, animazzjoni u feature dwar l-aħħar enċiklika tal-Papa : Caritas in Veritate u fl-aħħarnett diskors minn Mons Arċisqof. Din iċ-ċelebrazzjoni se ssir quddiem il-knisja parrokjali tas-Swatar. Dawk li jixtiequ jiġu għal din iċ-ċelebrazzjoni għandhom javżaw lil Sivie Farrugia. It-transport jitlaq mill-venda fit-3.15 p.m.
Nitolbu għal oħtna Rita Mifsud li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa: Agħtiha...

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 4 days ago
38 weeks 3 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 3 days ago