7 u 8 ta' Novembru 2009 it-32 Ħadd matul is-Sena B

7/ 8 ta’ Novembru 2009

Se jsiru eżerċizzi spiritwali għat-terzjarji Karmelitani, fratelli u devoti tal-Madonna tal-Karmnu mill-Provinċjal tal-Karmelitani P. Michael Farrugia. Dawn se jsiru għada it-Tnejn, nhar it-Tlieta u nhar l-Erbgħa fiċ-Ċentru Pastorali fil-5.00 p.m.

Għada wkoll se ssir laqgħa oħra tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Pastorali biex jiġi diskuss id-dokument ta’ konsultazzjoni dwar il-Festi. Il-laqgħa tkun fis-7.30 p.m.

Nhar il-Ħamis il-Grupp ta’ l-Anzjani se jorganizza l-attivita tiegħu b’quddiesa li se ssir fil-kappella ta’ Bubaqra. Se jiġi organizzat transport għal din il-quddiesa. It-transport jitlaq minn ħdejn il-knisja parrokkjali fid-9.00 a.m.

Nhar il-Ħamis ukoll se ssir laqgħa oħra għas-single parents jiġiferi romol, separati u ommijiet li qed irabbu waħedhom. Il-laqgħa tkun fis-7.30 p.m fid-dar ta’ l-Arċipriet. Għal dawk l-ommijiet li m’għandhomx ma min iħallu t-tfal navżaw li se jkun hemm servizz ta’ ‘childminding’.

Nhar il-Ħamis ukoll il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju ta’ ħutna li mietu matul ix-xahar t’Ottubru li huma Salvu Schembri u Nazzareno Mangion.

Nhar is-Sibt li ġej l-Għaqda Nazzjonali ta’ l-Abbatini se torganiżża l-festa tal-Qaddis Patrun tagħha San Tarċisju fil-parroċċa tagħna. Fit-8.30 a.m. l-abbatini kollha ta’ Malta se jimxu minn ħdejn il-kappella ta’ San Ġakbu u jagħmlu purċissjoni minn diversi toroq tal-parroċċa. Fl-10.00 a.m. issir quddiesa fil-knisja Parrokkjali. Inħeġġu lill-ġenituri tal-abbatini tal-parroċċa biex jattendu għal din il-quddiesa li se tkun animata mill-abbatini stess.

Nhar il-Ħadd  li ġej il-Kummissjoni Parrokkjali Familja se torganiżża seminar ta’ ġurnata għall-familji kollha tal-parroċċa. Dan is-seminar se jsir fis-Seminarju r-Rabat u jibda fid-9.00 a.m. Se tmexxi dan is-seminar Sr Mariella Agius. Is-suġġet tas-seminar huwa : Niġbdu Ħabel wieħed. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi għal dan is-seminar speċjalment koppji żgħażagħ. Dawk li se jattendu għandhom jinkitbu fl-Uffiċċju Parrokkjali.

Bħalissa il-Kummissjoni Kateketika tal-parroċċa qegħda fil-proċess li torganiżża it-transport tat-tfal għad-duttrina. Hi x-xewqa tal-Kummissjoni li dan it-transport jittieħed b’offerta mis-sidien tal-minibuses. Għalhekk dawk is-sidien li huma interessati li jitfgħu l-offerta tagħhom huma mitluba li jieħdu kopja tal-kundizzjonijiet mill-Uffiċċju Parrokkjali mill-iktar fis.

Dawk it-tfal subien u bniet li jixtiequ jieħdu sehem fil-play tal-Lejl tal-Milied għandhom jinkitbu fil-MUSEUM  tal-bniet mhux aktar tard mill-Ġimgħa 20 ta’ Novembru.

Se tiġi organiżżata għajnuna għat-tfal biex jagħmlu l-homework. Din l-għajnuna se tkun offruta minn Karen Bugeja u Tiziana Farrugia. Barra għajnuna fil-homework se jkun hemm ukoll ‘crafts’ drama’ ‘home economics’ u attivitjiet oħra. Dan il-proġett se jibda nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru u jsir kull nhar ta’ Sibt bejn id-9.00 u l-10.30 a.m. fiċ-Ċentru Pastorali. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem għandhom jinkitbu fl-Uffiċċju Parrokjali.

Illum qegħdin nagħtu bidu għat-tħaddim tal-Proġett ta’ l-Istola. Infakkru li l-iskop ta’ dan il-proġett huwa biex nistiednu l-familji mill-parroċċa tagħna ħalli jitolbu għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjuzi. Dan isir billi l-familja jkollha stola tal-qassis li tfakkar biex isir talb għall-vokazzjonijiet. Dawk il-familji li ma nkitbux u jixtiequ jinkitbu, jistgħu jagħmlu dan fis-sagristija tal-knisja.

Nhar is-Sibt se ssir l-adorazzjoni għall-qdusija tal-kleru u talb għall-vokazzjonijiet. L-adorazzjoni din id-darba se ssir fil-knisja parrokkjali ta’ l-Immakulata Kuncizzjoni l-Ħamrun u tibda fl-9.45 p.m. bil-quddiesa.

Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej se ssir fostna il-ġabra għall-Iskejjel tal-Knisja. L-iskop ta’ din il-ġabra huwa biex ngħinu ‘l Knisja f’Malta tkompli ġġib il-qudidem il-missjoni tagħha ta’ edukazzjoni li tant tfal u żgħażagħ Maltin.

Il-Kummissjoni Edukazzjoni u Kultura tal-parroċċa se torganizza ħarġa kulturali għall-Imdina nhar il-Ħamis 26 ta’ Novembru. Id-dettalji kollha jinsabu man-notice boards tal-knisja.

Nitolbu għal ħuna Mikiel Cilia li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtih...


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)