31 t’Ottubru/1 ta’ Novembru 2009
Għada it-Tnejn 2 ta’ Novembru huwa l-Jum għażiż għalina lkoll għaliex huwa Jum l-Erwieħ kollha. Il-quddies fil-knisja parrokjali jibda fis-6.00 a.m . u jibqa sejjer kull nofs siegħa sat-8.00 a.m.. Filgħodu wkoll fil-kappella tan-Nigret ikun hemm quddies fis-6.00 u fis-6.45 a.m. u fil-5.30 p.m. Fil-kappella ta’ Bubaqra jkun hemm quddiesa fis-7.30 a.m. Fis-6.00 p.m. issir quddiesa konċelebrata fil-knisja parrokkjali.
Għada it-Tnejn ukoll se ssir laqgħa oħra tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.30 p.m. Il-laqgħa tkun bħas-soltu fiċ-Ċentru Pastorali.
Nhar it-Tlieta il-quddiesa ta’ filgħaxija se tkun b’suffraġju tas-saċerdoti mejtin tal-parroċċa fl-okkażjoni tas-Sena tas-Saċerdoti. Għalhekk nhar it-Tlieta il-quddiesa ta’ Bubaqra tkun fis-7.30 a.m.
Matul din il-ġimgħa wkoll il-quddies ta’ filgħaxija jkun b’suffraġju ta’ ħutna mejtin imseħbin fil-fratellanzi. Għalhekk nhar l-Erbgħa il-quddiesa tkun għall-imseħbin fil-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu, il-Ħamis il-Fratellanza tas-S.S. Sagrament, il-Ġimgħa l-Fratellanza tar-Ruzarju. Inħeġġu biex il-membri ta’ dawn il-fratellanzi jattendu għal dawn il-quddies.
Nhar il-Ħadd li ġej se jsir it-tberik ta’ l-oqbra ta’ ħutna midfunin fiċ-ċimiterju tal-Parrocca tagħna. Fl-3.45 p.m. issir quddiesa fiċ-ċimterju u wara jsir it-tberik ta’ l-oqbra.
Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa oħra ta’ formazzjoni għat-Terzjarji Karmelitani. Il-laqgħa tkun fil-5.00 p.m. fiċ-ċentru pastorali. Dawk li beħsiebhom jipprofessaw fil-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu is-sena li ġejja għandhom jattendu għal din il-laqgħa.
Nhar l-Erbgħa wkoll se ssir laqgħa ta’ talb fil-kappella ta’ Bubaqra fis-6.30 p.m. Mistieden kulħadd.
Nhar il-Ħamis se ssir l-adorazzjon fis-seminarju b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi. L-adorazzjoni tagħlaq b’quddiesa bis-sehem tas-seminaristi. Dawk li se jattendu għal din l-adorazzjoni navżawhom li t-transport jitlaq mill-venda fis-5.45 p.m.
Nhar i l-Ġimgħa se ssir laqgħa oħra tal-Grupp Familji Bubaqra. Il-laqgħa tkun fis-7.00 p.m. u se jmexxi Francis Chircop bis-suġġett: It-Teknoloġija Moderna u l-Familja.
Dan l-aħħar il-Kummissjoni Liturġija tal-parroċċa organiżżat laqgħa għall-animaturi tal-quddies biex ikunu jistgħu jitgħallmu innijiet ġodda għal waqt l-animazzjoni tal-quddiesa. Dawn l-innijiet qegħdin irrekordjati fuq CD’s. L-animaturi għandhom jakkwistaw kopja ta’ dawn is-CD’s mill-Uffiċċju Parrokjali.
Il-ġbir kollu li sar għall-Missjoni mill-Parroċċa laħaq l-ammont sabiħ ta’ €8060. F’isem l-Uffiċċju Missjunarju nirringrazzjaw lil kulħadd.

L-Aħħar Kummenti (Forum)
25 weeks 2 days ago
27 weeks 1 hour ago
28 weeks 5 days ago
29 weeks 3 days ago
29 weeks 3 days ago
30 weeks 1 day ago
30 weeks 5 days ago
34 weeks 4 days ago
37 weeks 4 days ago
1 year 1 week ago