24/25 T’OTTUBRU 2009
Issa li bdejna l-ħin tax-xitwa infakkru li l-ħin tal-quddies kemm fil-knisja parrokkjali u kemm fil-kappella ta’ Bubaqra ikunu nofsiegħa qabel, jiġifieri fis-6.00 p.m. fil-knisja parrokjali u fis-6.30 p.m. fil-knisja ta’ Bubaqra. Il-ħin tal-quddies nhar ta’ Sibt filgħaxija fil-knisja ta’ Bubaqra jibqa’ fis-6.30.
Għada it-Tnejn se jibdew il-laqgħat tal-ġenituri li uliedhom se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina is-sena li ġejja. Il-laqgħat ikunu fiċ-Ċentru Pastorali fid-9.00 a.m. u fis-7.15 p.m. Infakkru li huwa fid-dmir tal-ġenituri li jattendu għal dawn il-laqgħat ta’ formazzjoni.
Nhar it-Tlieta se ssir laqgħa oħra tal-Grupp Nisa romol. Il-laqgħa tkun fl-4.00 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali.
Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa oħra għat-tfal u adoloxxenti li jattendu il-laqgħat tal-vokazzjonijiet. Il-laqgħa tkun fil-5.00 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali u se jmexxi din il-laqgħa s-Seminarista Roderick Camilleri.
Nhar il-Ħamis se ssir laqgħa għall-ġenituri li għandhom uliedhom abbatini. Il-laqgħa tkun fis-7.15 p.m. fiċ-Ċentru Pastorali. Importanti ħafna li l-ġenituri kollha jattendu. SE jkun hemm min jieħu ħsieb it-tfal żgħar waqt il-laqgħa.
Nhar il-Ġimgħa se ssir laqgħa ta’ formazzjoni għall-ministri tat-Tqarbin. Din il-laqgħa se ssir fil-kappella ta’ San Ġakbu fis-6.30 p.m. Ministri tat-tqarbin huma mħeġġa biex ma jonqsux.
Nerġgħu infakkru fit-tour għall-Eġittu u s-Sinai li se jsir bejn is-6 u 17 ta’ Diċembru li ġej u li qed ikun organiżżat mill-parroċċa tagħna flimkien mal-parroċċa taż-Żejtun. Id-dettalji ta’ dan it-tour jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali.
Infakkru li dawn l-avviżi qed jidhru kull ġimgħa fil-website tal-parorċċa :www.zurrieqparish.org

L-Aħħar Kummenti (Forum)
34 weeks 3 days ago
36 weeks 5 days ago
38 weeks 21 hours ago
1 year 14 weeks ago
1 year 14 weeks ago
1 year 20 weeks ago
1 year 21 weeks ago
1 year 21 weeks ago
1 year 23 weeks ago
2 years 4 days ago