L-Avviżi tal-pararoċċa - 17 u 18 t'Ottubru 2009 id-29 Ħadd matul is-sena B

AVVIŻI TAL-PARROĊĊA

17 U 18 T’Ottubru 2009

 

Nerġgħu infakkru li nhar it-Tlieta se jibda jiltaqa’ grupp ġdid ta’ adoloxxenti li twieldu fl-1994 u 1995. Il-grupp se jiltaqa’ fiċ-Ċentru taz-ZAK fis-6.00 p.m. Nistiednu lill-adoloxxenti li twieldu f’dawn is-snin biex jattendu.

Nhar it-Tlieta l-Aħwa fil-mixja Neokatekumenali qed jistiednu lil kulħadd għall-katekeżi li se jibdew fil-parroċċa tagħna min-nhar it-Tlieta. Dawn il-katekeżi li huma miftuħa għall-adulti u żgħażagħ se jsiru fl-Oratorju tal-knisja u jibdew fis-7.15 p.m. Il-katekeżi ssir kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa fl-Oratorju. Għall-kumdita’ ta’ ġenituri żgħażagħ, se jkun hemm min jieħu ħsieb it-tfal.

Il-Grupp Talb u Tagħlim Nisrani se jerġa jibda jiltaqa’ nhar l-Erbgħa fl-10.00 a.m. fil-kappella tan-Nigret. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi.

Nhar il-Ħamis se jiltaqa’ l-Grupp ta’ l-Anzjani fl-Oratorju tal-knisja fid-9.00 a.m. Se titkellem Miss Sharon Cutajar, occupational therapist. Is-suġġett tad-diskussjoni se jkun l-Artrite. L-anzjani kollha huma mħeġġa biex jattendu.

Nhar il-Ġimgħa se ssir siegħa adorazzjoni fil-kappella ta’ San Ġakbu u tibda fis-7.00 p.m. L-adorazzjoni se tkun immexxija mill-Grupp Mixja ta’ Fidi, l-Azzjoni Kattolika u t-Terzjarji Karmelitani.

Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej niċċelebraw l-anniversarju ta’ meta l-knisja Parrokkjali tagħna ġiet ikkonsagrata għall-qima lil Alla. Għalhekk il-liturġija kollha se tkun tal-konsagrazzjoni tal-knisja.

Nhar il-Ħadd ukoll se ssir laqgħa għall-familja fid-Dar Centrali tal-MUSEUM  fi Blata l-Bajda. Din il-laqgħa qed tiġi organiżżata mill-membri bniet tal-MUSEUM.  Tluq mill-venda fit-8.30 a.m. u nirritornaw lura fin-12.30 p.m. Dawk kollha interessati li jattendu għandhom ikellmu lil xi membru bniet tal-MUSEUM.

Infakkru lil dawk li jixtiequ jiddedikaw paġna ta’ suffraġju fid-djarju parrokkjali 2010 għandhom jagħmlu dan mill-iktar fis għax id-djarju dalwaqt ikun għall-istampar.

Se tittella’ wirja sabieħa ta’ xogħol maħdum bl-idejn mill-anzjani li jattendu d-Day Centres f’Malta. Din il-wirja se ssir fiċ-Ċentru taż-Żurrieq  min-nhar it-Tlieta se nhar is-Sibt. Kulħadd huwa mistieden biex jara din il-wirja.

Il-akp ta’ l-iskola primarja taż-Żurrieq tixtieq tavża lil dawk il-ġenituri li għandhom tfal li twieldu fl-2007 u għadhom m’humiex miktuba għall-iskola tal-Kindergarten biex jagħmlu dan mill-iktar fis. Dan jista jisri minn għada it-Tnejn mid-9.00 a.m. sa nofsinhar. Il-ġenituri jridu jieħdu magħhom iċ-ċertifikat tat-twelid mil-insinwa  u l-I.D. card sew tal-omm u sew tal-missier.

Nitolbu għal ħuna Nazzareno Mangion li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtih...


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)