l-10 u l-11 t'Ottubru 2009, it-28 Ħadd matul is-sena

10/ 11 t’Ottubru 2009

Mil-lum il-Ħadd se jerġgħu jibdew isiru l-laqgħat ta’ tagħlim għal kulħadd minn membri tal-MUSEUM fil-kappella tan-Nigret  fis-6.30 p.m. u fil-kappella ta’ San Ġakbu fis-6.45 p.m. Kulħadd huwa mistieden għal dawn il-laqgħat.

Nhar it-Tlieta se ssir laqgħa oħra mill-Grupp Familji Bubaqra. Il-laqgħa tkun fis-7.30 p.m. u se tkun bis-suġġett : Kif nitolbu bil-Kelma t’Alla, il-Lectio Divina. Imexxi l-Arċipriet.

Nhar l-Erbgħa se ssir laqgħa importanti ħafna għall-membri kollha tal-Kummissjonijiet Parrokkjali. Il-laqgħa tkun fis-7.00 p.m. fid-dar ta’ l-Arċipriet. Din il-laqgħa qegħda ssir bi tħejjija għall-Assemblea Parrokkjali li se ssir f’Novembru li ġej.

Nhari l-Ħamis il-Kummissjoni Parrokkjali Liturġija se torganiżża laqgħa għall-animaturi, organisti u dawk li jdoqqu fil-quddies. Din il-laqgħa qegħda ssir bl-iskop li l-animaturi tal-quddies jitgħallmu innijiet ġodda għall-animazzjoni tal-quddiesa. Il-laqgħa tkun fis-7.00 p.m. fil-knisja parrokkjali.

Għal darb’oħra l-E.T. Mons Isqof t’Għawdex, Mario Grech se jkun fostna din id-darba biex jagħti taħdita importanti ħafna bis-suġġett: Familja kun dak li int. Din it-taħdita se ssir fil-knisja Parrokkjali fis-7.30 p.m. u għaliha hu mistieden kulħadd. Stedina speċjali tmur għall-koppji miżżewġin żgħażagħ, koppji għarajjes u żgħażagħ. Din il-laqgħa qed tkun organiżżta mill-Kummissjoni Parrokkjali Familja.

Nhar il-Ħadd huwa Jum il-Missjoni. Aħna lkoll imħeġġin biex nitolbu għall-Missjoni u l-Missjunarji ħalli l-Mulej jimliehom bil-qawwa tiegħu ħalli jwassluh lill-oħrajn. Il-ġbir kollu li se jsir dakinhar se jmur kollu għall-Missjoni. Infakkru li l-envelope tal-Missjoni tistgħu tgħadduh lil dawk li jqassmu l-magażine Flimkien jew iġġibuh il-knisja.

Il-W.R. Kan. Onor. Dun Karm Busuttil qed jistieden il-parroċċa tagħna għaċ-ċerimonja tal-Investitura u l-għoti ta’ l-Insinji li se ssir fil-Knisja Kolleġjata ta’ San Pawl Nawfragu il-Belt. Din iċ-ċerimonja tkun fil-5.30 p.m. Fis-6.00 p.m. ikun hemm quddiesa u wara riċeviment.

Iz-Zgħazagħ Azzjoni Kattolika, iż-ŻAK jistiednu lill-adoloxxenti li twieldu fl-1994 u 1995 biex jibdew jagħmlu parti minn grupp li se jiltaqa’ nhar it-Tlieta 20 t’Ottubru fis-6.00 p.m. fiċ-Ċentru taż-ŻAK fi Triq San Mikiel.

Il-Kummissjoni Edukazzjoni u Kultura tal-parroċċa se torganiżża kors ta’ seba lezzjonijiet tal-kompjuter fil-ħiliet basiċi. Dan il-kors se jibda nhar l-Erbgħa 28 t’Ottubru. Iktar dettalji jinsabu man-notice boards tal-knisja.

Nerġgħu infakkru lil dawk il-ġenituri li huma interessati li jużaw dan is-servizz tat-trasport tat-tfal għad-duttrina, għandhom jikkuntattjaw lis-Superjur/superjura tal-MUSEUM. Dan is-servizz se jingħata lit-tfal mill-Kinder sa’ Form I.

Nitolbu għal ħuna Salvu Schembri li għadda għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa. Agħtih...

 

 


« July 2010 »
MonTueWedThuFriSatSun
1234
567891011
12131415161718
19202122232425
262728293031

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Taf x'inhi l-Unita' Pastorali?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)