Avvizi tal-parroċċa IL-Ħadd 4 t'Ottubru 2009 - is-27 Ħadd matul is-sena B

3 u 4 t’Ottubru 2009

Għada it-Tnejn se ssir laqgħa speċjali tal-Kunsilli Pastorali Parrokkjali ta’ l-Unita pastorali. Il-laqgħa se tkun fil-knisja ta’ Bubaqra u tibda fis-7.15 p.m. Huwa fid-dmir tal-membri tal-Kunsill Parrokkjali li ma jonqsux. Dawk il-membri li għandhom bżonn trasporat għandhom jikkuntattjaw fl-Uffiċċju Parrokkjali.

 

Nhar l-Erbgħa se ssir il-laqgħa tat-terzjarji karmelitani fiċ-Ċentru Pastorali u tkun fil-5.00 p.m. Il-fratelli huma mistiedna biex jattendu speċjalment dawk li jixtiequ jsiru fratelli s-sena d-dieħla. Dan għaliex din il-laqgħa tkun bħala laqgħa ta’ formazzjoni għall-fratelli.

Nhar l-Erbgħa wkoll se ssir laqgħa ta’ talb għal kulħadd. Il-laqgħa tkun fil-knisja ta’ Bubaqra u tibda fis-6.45 p.m.

Nhar il-Ħamis se jerġa jibda jiltaqa’ l-Grupp ta’ l-Anzjani. Bħas-soltu dawn il-laqgħat ikunu fl-Oratorju u jibdew fid-9.00 a.m. Nhar il-Ħamis se titkellem it-tabiba Marija Sciberras u s-suġġett se jkun: L-influwenza.

Nhar is-Sibt se ssir l-adorazzjoni għall-qdusija tas-saċerdoti u talb għall-vokazzjonijiet. Il-laqgħa din id-darba se tkun is-Seminarju u tibda fl-9.45 p.m. bil-quddiesa.

Nhar il-Ħadd li ġej huwa Jum it-Tagħlim Nisrani. Matul dan il-jum nitolbu ħafna għall-katekisti tal-parroċċa biex il-Mulej ikompli jgħinhom fil-ħidma ġeneruża tagħhom li jwasslu l-Kelma tiegħu lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Matul il-quddiesa tad-9.30 il-katekisti jingħataw il-mandat għat-tagħlim tad-duttrina fil-parroċċa.

Il-Mother and Baby Club tal-parroċċa se jerġa jibda nhar it-TLieta 13 t’Ottubru. Il-playgroup hu miftuħ għal tfal bejn is-sena u nofs u tliet snin. Importanti ħafna li t-tfal ikunu akkumpanjati minn xi ħadd adult. Id-dettalji kollha jinsabu mal-bieb tal-playgroup f’ Nru 8 Triq il-Karmnu.

Bħalissa għaddejjin bil-proċess biex jiġi organiżżat it-trasport tat-tfal għaċ-ċentri tad-duttrina. Dawk il-ġenituri li huma interessati li jużaw dan is-servizz għandhom jikkuntattjaw lis-Superjur/superjura tal-MUSEUM. Dan is-servizz se jingħata lit-tfal mill-Kinder sa’ Form I.

Il-Kummissjoni Edukazzjoni u Kultura tal-parroċċa se torganiżża ħarġa għaċ-Ċentru tal-Falkonerija fis-Siġġiewi. Il-ħarġa se tkun nhar il-Ħamis 15 t’Ottubru. Dawk li jixtiequ jattendu għal din il-ħarġa għandhom jinkitbu fl-Uffiċċju Parrokkjali sat-Tnejn 12 t’Ottubru. Id-dettalji kollha jinsabu man-notice boards tal-knisja.

Il-fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu tal-parroċċa ġiet mistiedna biex nhar il-Ħadd 11t’Ottubru takkumpanja fil-purċissjoni tal-Madonna tal-Karmnu f’Santa Venera. Il-fratelli interessati li jattendu navżawhom li t-transport jitlaq mill-venda fl-4.30 p.m.

Nerġgħu infakkru lil dawk il-ġenituri li jixtiequ li uliedhom subien isiru abbatini għandhom ikellmu lil Fr Glen jew lil Daniel Darmanin.

Nitolbu għal ħutna li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem matul din il-ġimgħa : Agata Dalli u Consilia Chetcuti. Agħtihom ...

 


« February 2012 »
MonTueWedThuFriSatSun
12345
6789101112
13141516171819
20212223242526
272829

Bookmark Us

Bookmark Website 

Bookmark Page 

Votazzjoni

Tinteressak il-hidma li issir fil-parrocca?:

L-Aħħar Kummenti (Forum)